25.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

190


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Marzu 2006

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

(2006/398/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ ċerti Membri oħra tad-WTO bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) ta’ l-1994, matul l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi tan-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati għal Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dan il-Ftehim għandu għalhekk jiġi approvat,

(4)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni (1),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skond l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) ta’ l-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea; huwa b' dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri huwa mehmuz ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 3 (2) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta’ Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit mill-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (2) jew mill-Kumitat relevanti stabbilit mill-Artikolu korrispondenti tar-Regolament għall-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-prodott ikkonċernat.

2.   L-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw fejn issir referenza għal dan il-paragrafu.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 4

Il-President huwa b' dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li (j)tiffirma(w) dan il-Ftehim sabiex tintrabat il-Komunita (3).

Magħmul fi Brussell, nhar l-20 ta' Marzu 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


FTEHIM

fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

A.   Ittra mill-Komunita Ewropea

Brussel, Image

Sinjur,

Wara l-bidu tan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-UE, dan li ġej hu miftiehem bejn il-KE u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina sabiex jikkonkludu n-negozjati mibdija wara n-notifika tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV.6. tal-GATT 1994.

Il-KE taqbel li tinkorpora fl-iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-KE 25 il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha.

Il-KE taqbel li hi għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-KE 25 il-konċessjonijiet li jinstabu fl-anness għal dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-KE tirċievi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ittra ta’ approvazzjoni ċċertifikata, wara konsiderazzjoni mill-partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess. Il-KE ser tagħmel dak kollu li hu possibbli biex tiżgura li l-miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa jidħlu fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2006 u taħt ebda ċirkostanza ma jidħlu aktar tard mill-1 ta' Lulju 2006.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

F’isem il-Komunità Ewropea

Image

ANNESS

0304 20 85 (qatgħat friżati ta’ Pollakkju ta’ l-Alaska): Tnaqqis tar-rabta kurrenti tad-dazju tal-KE minn 15 % għal 13.7 %.

Żid 20 500 tunellata għall-allokazzjoni għaċ-Ċina taħt il-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għat-tewm, frisk jew imkessaħ, numru tat-tariffa tal-prodott 0703 20 00, fil-kwota tar-rata 9.6 %, mill-kwota tar-rata 9.6+120.0€/100kg/net.

Żid 5 200 tunnellata (piż nett bla ilma) fil-kwota ta’ rata tat-tariffa tal-KE għall-faqqiegħ tal-ġens agaricus, preparat jew ippriservat b’mod ieħor għajr fil-ħall (numru tat-tariffa tal-prodott 2003 10 30, mill-kwota tar-rata 18.4+222.0€/100kg/net eda) u faqqiegħ tal-ġens agaricus, priservat provizjonalment jew ippriżervat b’mod ieħor għajr fil-ħall (numru tat-tariffa tal-prodott 2003 10 20, mill-kwota tar-rata 18.4+191.0€/100kg/net eda), fil-kwota tar-rata 23 %; inklużjoni tal-linja tat-tariffa 0711 90 40 (mir-rata tal-kwota 9.6+191 €/100 kg/net eda) fil-kwota.

6402 19 00 (ilbies ta’ l-isports għar-riġlejn): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17.0 % għal 16.9 %.

6402 91 00 (ilbies għar-riġlejn li jkopri l-għaksa): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17.0 % għal 16.9 %.

6404 11 00 (ilbies ta’ l-isports għar-riġlejn): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17 % għal 16.9 %.

6404 19 10 (papoċċi u ilbies tar-riġlejn ieħor ta’ ġewwa): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17.0 % għal 16.9 %.

6402 99 (il-kategorija: ilbies tar-riġlejn ieħor): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17.0 % għal 16.8 %.

8482 91 90 (boċċi, labar u rombli): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 8.0 % għal 7.7 %.

8521 90 00 (apparat li jirreġistra jew li jirriproduċi vidjo, oħrajn): Tnaqqistad-dazju fiss attwali tal-KE minn 14 % għal 13.9 %.

8712 00 30 (roti (bicycles) mingħajr mutur): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 15 % għal 14.0 %.

Iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 7 tunnellati (erga omnes) għar-ross fil-ħliefa (numru tat-tariffa tal-prodott 1006 10), fir-rata tal-kwota ta' 15 %, mir-rata tal-kwota ta’ 211€/tunnellata.

Iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 1 634 tunnellata (erga omnes) għar-ross bla ħliefa (numru tat-tariffa tal-prodott 1006 20), fir-rata tal-kwota ta' 15 %, mir-rata tal-kwota ta’ 65€/tunnellata.

Żid 25 516 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għar-ross mitħun jew nofsu mitħun (numru tat-tariffa tal-prodott 1006 30), fir-rata tal-kwota ta' 0 %, mir-rata tal-kwota ta’ 175€/tunnellata

Żid 31 788 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għar-ross imfarrak (numru tat-tariffa tal-prodott 1006 40), fir-rata tal-kwota ta' 0 %, mir-rata tal-kwota ta’ 128€/tunnellata

Iftaħ quota tar-rata tat-tariffa 2 838 tunnellata (erga omnes) għal ananas priżervat, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli, bir-rata tal-kwota ta’ 20 %. Numri tat-tariffi tal-prodott u rati mill-kwota kif ġej:

 

2008 20 11: 25,6 + 2,5 €/100 kg/net

 

2008 20 19: 25,6

 

2008 20 31: 25,6 + 2,5 €/100 kg/net

 

2008 20 39: 25,6

 

2008 20 71: 20,8

 

2008 30 11: 25,6

 

2008 30 19: 25,6 + 4,2 €/100 kg/net

 

2008 30 31: 24

 

2008 30 39: 25,6

 

2008 30 79: 20,8

 

2008 40 11: 25,6

 

2008 40 19: 25,6 + 4,2 €/100 kg/net

 

2008 40 21: 24

 

2008 40 29: 25,6

 

2008 40 31: 25,6 + 4,2 €/100 kg/net

 

2008 40 39: 25,6

 

2008 50 11: 25,6

 

2008 50 19: 25,6 + 4,2 €/100 kg/net

 

2008 50 31: 24

 

2008 50 39: 25,6

 

2008 50 51: 25,6 + 4,2 €/100 kg/net

 

2008 50 59: 25,6

 

2008 50 71: 20,8

 

2008 60 11: 25,6

 

2008 60 19: 25,6 + 4,2 €/100 kg/net

 

2008 60 31: 24

 

2008 60 39: 25,6

 

2008 60 60: 20,8

 

2008 70 11: 25,6

 

2008 79 19: 25,6 + 4,2 €/100 kg/net

 

2008 70 31: 24

 

2008 70 39: 25,6

 

2008 70 51: 25,6 + 4,2 €/100 kg/net

 

2008 70 59: 25,6

 

2008 80 11: 25,6

 

2008 80 19: 25,6 + 4,2 €/100 kg/net

 

2008 80 31: 24

 

2008 80 39: 25,6

 

2008 80 70: 20,8

Id-deskrizzjoni eżatta tat-tariffa tal-KE 15 għandha tapplika għal-linji kollha tat-tariffi t’hawn fuq.

B.   Ittra mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Beijing, Image

Sinjur,

Qed issir referenza għall-ittra tiegħek li tgħid:

“Wara l-bidu tan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-emenda ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-UE, dan li ġej hu miftiehem bejn il-KE u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina sabiex jikkonkludu n-negozjati mibdija wara n-notifika tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV.6. tal-GATT 1994.

Il-KE taqbel li tinkorpora fl-iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-KE 25 il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha.

Il-KE taqbel li hi għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-KE 25 il-konċessjonijiet li jinstabu fl-anness għal dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-KE tirċievi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ittra ta’ approvazzjoni ċċertifikata, wara konsiderazzjoni mill-partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess. Il-KE se tagħmel dak kollu li hu possibbli biex tiżgura li l-miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa jidħlu fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2006 u taħt ebda ċirkostanza ma jidħlu aktar tard mill-1 ta' Lulju 2006.”

Għandi hawnhekk l-unur li nesprimi l-qbil tal-gvern tiegħi.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

F’isem ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Image