25.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

84


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Novembru 2005

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti ta' servizzi ta' l-ajru

(2006/357/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2)(1), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta' Ġunju 2003 sabiex tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ftehim mal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti ta' servizzi ta' l-ajru skond il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3)

Il-Ftehim negozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament, suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu f'data aktar tard,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru qiegħed hawn jiġi approvat f' isem il-Komunita', soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

It-test tal-ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħżel il-persuna(i) bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f' isem il-Komunita' soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, nhar it-8 ta' Novembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BROWN


FTEHIM

Bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar Ċerti aspetti ta' servizzi ta' l-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

minn naħa waħda, u

IL-GVERN TAL-ĠEORĠJA

min-naħa l-oħra

(minn hawn 'il quddiem imsejħin “il-Partijiet”)

INNUTAW li numru ta' ftehim bilaterali dwar servizzi ta’ l-ajru ġew konklużi bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Ġeorġja li fihom disposizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja,

INNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklużiva rigward diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali dwar servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

INNUTAW li taħt il-liġi tal-Komunità Ewropea, kumpanniji ta' l-ajru Komunitarji stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għal rotot ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

WARA LI KKUNSIDRAW dawk il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprevedu l-possibbiltà, għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi terzi, li jsiru proprjetarji fir-rigward ta' kumpanniji ta' l-ajru liċenzjati skond il-liġi tal-Komunità Ewropea,

GĦARFU li ċerti disposizzjonijiet ta' dawk il-Ftehim bilaterali dwar servizzi ta' l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Ġeorġja, li jmorru kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, għandhom isiru kompletament konformi magħha sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġeorġja u sabiex tiġi ppreservata l-kontinwità ta' dawn is-servizzi ta' l-ajru,

INNUTAW li d-disposizzjonijiet ta' dawk il-Ftehim bilaterali dwar servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Ġeorġja, li ma jmorrux kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, ma għandhomx bżonn jiġu emendati jew sostitwiti,

INNUTAW li mhuwiex l-għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġeorġja, li jintlaqat il-bilanċ bejn il-kumpanniji ta' l-ajru Komunitarji u l-kumpanniji ta' l-ajru tal-Ġeorġja, jew li tinnegozja emendi għad-disposizzjonijiet ta' dawk il-Ftehim bilaterali eżistenti dwar servizzi ta' l-ajru li jikkonċernaw id-drittijiet tat-traffiku,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Disposizzjonijiet Ġenerali

1.   Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, “Stati Membri” tfisser Stati Membri tal-Komunità Ewropea.

2.   Ir-riferimenti f'kull wieħed mill-Ftehim elenkati fl-Anness I għaċ-ċittadini ta' l-Istat Membru li jkun Parti minn dak il-Ftehim għandhom jiġu mifhuma bħala riferimenti għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3.   Ir-riferimenti f'kull wieħed mill-Ftehim elenkati fl-Anness I għall-kumpanniji ta' l-ajru jew għal-linji ta' l-ajru ta' l-Istat Membru li jkun Parti minn dak il-Ftehim għandhom jiġu mifhuma bħala riferimenti għall-kumpanniji ta' l-ajru jew għal-linji ta' l-ajru nominati minn dak l-Istat Membru.

4.   L-għoti ta' drittijiet ta' traffiku jibqa' jsir permezz ta' ftehim bilaterali.

Artikolu 2

Nomina minn Stat Membru

1.   Id-disposizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-disposizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (a) u (b) rispettivament, fir-rigward tan-nomina ta' kumpannija ta' l-ajru mill-Istat Membru konċernat, ta' l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija lilu mill-Ġeorġja, u tar-rifjut, tar-revoka, tas-sospensjoni jew tal-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi tal-kumpannija ta' l-ajru, rispettivament.

2.   Meta tirċievi nomina mingħand Stat Membru, il-Ġeorġja għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi dovuti bl-anqas dewmien proċedurali possibbli, bil-kondizzjoni li:

(i)

il-kumpannija ta' l-ajru tkun stabbilita, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta' l-Istat Membru li nnominaha u jkollha Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea;

(ii)

il-kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta' l-ajru ikun eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tagħha u l-awtorità aeronawtika kompetenti tkun identifikata b'mod ċar fin-nomina; u

(iii)

il-kumpannija ta’ l-ajru tkun proprjetà u tibqa' tkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ maġġoranza ta' ishma, ta' l-Istati Membri u/jew ta' ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew ta' Stati Membri oħra elenkati fl-Anness III u/jew ċittadini ta’ tali Stati Membri oħra, u kostantement tkun effettivament kontrollata minn tali Stati u/jew tali ċittadini.

3.   Il-Bulgarija tista' tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' kumpannija ta' l-ajru nominata minn Stat Membru meta:

(i)

il-kumpannija ta’ l-ajru ma tkunx stabbilita, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru nominanti jew ma jkollhiex Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi Komunitarja Ewropea;

(ii)

ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta' l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika rilevanti ma tkunx identifikata b'mod ċar fin-nomina; jew

(iii)

il-kumpannija ta’ l-ajru ma tkunx proprjetà u ma tkunx effettivament kontrollata direttament jew permezz ta’ maġġoranza ta' ishma minn Stati Membri u/jew ċittadini ta’ Stati Membri, jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew ċittadini ta’ tali Stati oħra.

Fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, il-Ġeorġja ma għandhiex tiddiskrimina bejn kumpanniji ta' l-ajru Komunitarji fuq bażi ta' nazzjonalità.

Artikolu 3

Drittijiet fir-rigward tal-kontroll regolatorju

1.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II(ċ).

2.   Meta Stat Membru jkun innomina kumpannija ta' l-ajru li l-kontroll regolatorju tagħha jkun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tal-Ġeorġja taħt id-disposizzjonijiet ta' sigurtà tal-Ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina l-kumpannija ta' l-ajru u l-Ġeorġja għandu japplika bl-istess mod fir-rigward ta' l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta' l-istandards ta' sigurtà minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta' l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta' dik il-kumpannija ta' l-ajru.

Artikolu 4

Tassazzjoni tal-karburant ta' l-avjazzjoni

1.   Id-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-disposizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(d).

2.   Minkejja kull disposizzjoni oħra kuntrarja, xejn minn kull Ftehim elenkat fl-Anness II(d) ma għandu jimpedixxi lil xi Stat Membru milli jimponi taxxi, imposti, dazji, tariffi jew ħlasijiet fuq il-karburant fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'inġenju ta' l-ajru ta' kumpannija ta' l-ajru nominata tal-Ġeorġja li topera bejn punt fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

Artikolu 5

Tariffi għat-trasport ġewwa l-Komunità Ewropea

1.   Id-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II(e).

2.   It-tariffi li jiġu imposti mill-kumpannija/i ta' l-ajru nominati mill-Ġeorġja taħt ftehim elenkat fl-Anness I li jkun fih disposizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għat-trasport interament ġewwa l-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 6

Annessi mal-Ftehim

L-Annessi ma' dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

Artikolu 7

Reviżjoni jew emenda

Il-Partijiet jistgħu, f'kull waqt, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b'kunsens reċiproku.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu tlestew.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw b'mod provviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

3.   Dawk il-Ftehim u arranġamenti oħra bejn Stati Membri u l-Ġeorġja li, fid-data ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhumiex qegħdin jiġu applikati provviżorjament jinsabu elenkati fl-Anness I(b). Dan il-Ftehim għandu japplika għal kull Ftehim u arranġament bħal dawn mad-dħul fis-seħħ tagħhom jew ma’ l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.

Artikolu 9

Terminazzjoni

1.   Fil-każ li xi Ftehim elenkat fl-Anness I jiġi terminat, id-disposizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li jirrigwardaw il-Ftehim elenkat fl-Anness I konċernat għandhom jitterminaw fl-istess waqt.

2.   Fil-każ li dawk il-Ftehim kollha elenkati fl-Anness I jiġu terminati, dan il-Ftehim għandu jittermina fl-istess waqt.

B'XIEHDA TA' DAN, il-firmatarji ta' hawn taħt, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussel, duplikatament, fit-tielet jum ta' Mejju tas-sena elfejn u sitta, fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Ġeorġjana.

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image

Image

Image

Por el Gobierno de Georgia

Za vládu Gruzie

For Georgiens regering

Für die Regierung von Georgien

Gruusia valitsuse nimel

Για την κυβέρνηση της Γεωργίας

For the Government of Georgia

Pour le gouvernement de la Géorgie

Per il Governo della Georgia

Gruzijas valdības vārdā

Gruzijos Vyriausybės vardu

Grúzia Kormánya részéről

Għall-Gvern tal-Ġeorġja

Voor de Regering van Georgië

W imieniu Rządu Gruzji

Pelo Governo da Geórgia

Za vládu Gruzínska

Za vlado Gruzije

Georgian hallituksen puolesta

För Georgiens regering

Image

Image

ANNESS I

Lista ta' Ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim

(a)

Ftehim dwar servizzi ta' l-ajru bejn il-Gvern tal-Ġeorġja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, ġew konklużi, iffirmati u/jew qegħdin jiġu applikati b'mod provviżorju

Ftehim għat-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali Awstrijak u l-Gvern tal-Ġeorġja ffirmat fi Vjenna fil-15 ta' Diċembru 1997 (data tad-dħul fis-seħħ: 01.10.2001), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ġeorġja – Awstrija” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar Servizzi ta' l-Ajru ffirmat fi Tbilisi fit-30 ta' Ġunju 1997 (data tad-dħul fis-seħħ: 05.11.1998), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ġeorġja – Ċipru” fl-Anness II;

Ftehim għat-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ġeorġja ffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1993 (data tad-dħul fis-seħħ: 27.11.1994), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ġeorġja – Ġermanja” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ġeorġja dwar it-Trasport bl-Ajru ffirmat fi Tbilisi fl-10 ta' April 1997 (data tad-dħul fis-seħħ: 27.05.1998), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ġeorġja – Ġreċja” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Irlanda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ġeorġja dwar it-Trasport bl-Ajru ffirmat f’Dublin fit-2 ta' Marzu 1995 (data tad-dħul fis-seħħ: 02.03.1995), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ġeorġja – Irlanda” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ġeorġja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat fi Tbilisi fit-12 ta' April 1996 (data tad-dħul fis-seħħ: 12.01.1999), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ġeorġja – Litwanja” fl-Anness II;

Ftehim bejn ir-Renju ta’ l-Olanda u r-Repubblika tal-Ġeorġja dwar Servizzi ta' l-Ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f’Wassenaar fit-3 ta’ April 1995 (data tad-dħul fis-seħħ: 01.05.1997), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ġeorġja – Olanda” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern ta’ l-Awtorità Eżekuttiva (il-Gvern) tal-Ġeorġja dwar Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat fi Tbilisi fis-17 ta' Settembru 2003, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ġeorġja – ir-Renju Unit” fl-Anness II;

Supplementat b'Memorandum ta' Ftehim magħmul fi Tbilisi fis-17 ta' Settembru 2003, u bil-Verbal ta' Ftehim iffirmat fi Tbilisi fit-2 ta’ Novembru 2004.

(b)

Ftehim dwar servizzi ta' l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Ġeorġja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhumiex qegħdin jiġu applikati b'mod provviżorju

Ftehim bejn il-Gvern tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ġeorġja dwar it-Trasport bl-Ajru inizjalat fl-24 ta' Frar 1995, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ, “il-Ftehim Ġeorġja – Belġju” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Ungerija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ġeorġja dwar it-Trasport bl-Ajru inizjalat fid-29 ta' Ġunju 1995, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ġeorġja – Ungerija” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar it-Trasport Ċivili bl-Ajru iffirmat fi Tbilisi il-5 ta' Ottubru 2005, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ġeorġja – Latvja” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ġeorġja dwar it-Trasport Ċivili bl-Ajru inizjalat f'Varsavja fis-26 ta' April 1993, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim il-Ġeorġja – Polonja” fl-Anness II;

ANNESS II

Lista ta' Artikoli fil-Ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta' dan il-Ftehim

(a)

Nomina minn Stat Membru:

Artikolu 3 tal-Ftehim Ġeorġja – Awstrija;

Artikoli 3 u 4 tal-Ftehim Ġeorġja – Belġju;

Artikolu 4 tal-Ftehim Ġeorġja – Ċipru;

Artikolu 3 tal-Ftehim Ġeorġja – Ġermanja;

Artikolu 3 tal-Ftehim Ġeorġja – Greċja;

Artikolu 3 tal-Ftehim Ġeorġja – Ungerija;

Artikolu 3 tal-Ftehim Ġeorġja – Irlanda;

Artikolu 3 tal-Ftehim Ġeorġja – Latvja;

Artikolu 3 tal-Ftehim Ġeorġja – Litwanja;

Artikolu 4 tal-Ftehim Ġeorġja – Olanda;

Artikolu 3 tal-Ftehim Ġeorġja – Polonja;

Artikolu 4 tal-Ftehim Ġeorġja – Renju Unit.

(b)

Ċaħda, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta' Awtorizzazzjonijiet jew Permessi:

Artikolu 4 tal-Ftehim Ġeorġja – Awstrija;

Artikolu 5 tal-Ftehim Ġeorġja – Belġju;

Artikolu 5 tal-Ftehim Ġeorġja – Ċipru;

Artikolu 4 tal-Ftehim Ġeorġja – Ġermanja;

Artikolu 4 tal-Ftehim Ġeorġja – Ġreċja;

Artikolu 4 tal-Ftehim Ġeorġja – Ungerija;

Artikolu 3, paragrafi 5 u 6, tal-Ftehim Ġeorġja – Irlanda;

Artikolu 4 tal-Ftehim Ġeorġja – Latvja;

Artikolu 4 tal-Ftehim Ġeorġja – Litwanja;

Artikolu 5 tal-Ftehim Ġeorġja – Olanda;

Artikolu 4 tal-Ftehim Ġeorġja – Polonja;

Artikolu 5 tal-Ftehim Ġeorġja – Renju Unit.

(ċ)

Kontroll regolatorju:

Artikolu 7 tal-Ftehim Ġeorġja – Belġju;

(d)

Tassazzjoni tal-Karburant ta' l-Avjazzjoni:

Artikolu 7 tal-Ftehim Ġeorġja – Awstrija;

Artikolu 10 tal-Ftehim Ġeorġja – Belġju;

Artikolu 7 tal-Ftehim Ġeorġja – Ċipru;

Artikolu 6 tal-Ftehim Ġeorġja – Ġermanja;

Artikolu 9 tal-Ftehim Ġeorġja – Ġreċja;

Artikolu 9 tal-Ftehim Ġeorġja – Ungerija;

Artikolu 11 tal-Ftehim Ġeorġja – Irlanda;

Artikolu 6 tal-Ftehim Ġeorġja – Latvja;

Artikolu 11 tal-Ftehim Ġeorġja – Litwanja;

Artikolu 10 tal-Ftehim Ġeorġja – Olanda;

Artikolu 6 tal-Ftehim Ġeorġja – Polonja;

Artikolu 8 tal-Ftehim Ġeorġja – Renju Unit.

(e)

Tariffi għat-Trasport fi ħdan il-Komunità Ewropea:

Artikolu 11 tal-Ftehim Ġeorġja – Awstrija;

Artikolu 13 tal-Ftehim Ġeorġja – Belġju;

Artikolu 17 tal-Ftehim Ġeorġja – Ċipru;

Artikolu 10 tal-Ftehim Ġeorġja – Ġermanja;

Artikolu 12 tal-Ftehim Ġeorġja – Ġreċja;

Artikolu 8 tal-Ftehim Ġeorġja – Ungerija;

Artikolu 6 tal-Ftehim Ġeorġja – Irlanda;

Artikolu 11 tal-Ftehim Ġeorġja – Latvja;

Artikolu 9 tal-Ftehim Ġeorġja – Litwanja;

Artikolu 6 tal-Ftehim Ġeorġja – Olanda;

Artikolu 10 tal-Ftehim Ġeorġja – Polonja;

Artikolu 7 tal-Ftehim Ġeorġja – Renju Unit.

ANNESS III

Lista ta' Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim

(a)

Ir-Repubblika ta' l-Islanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b)

Il-Prinċipat ta' Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(ċ)

Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d)

Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru)