29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

211


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta' Jannar 2006

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim f' għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

(2006/106/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħra tad-WTO skond l-Artikolu XXIV.6 tal- tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, matul l-adeżjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka.

(2)

Saru negozjati bejn il-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 133 tat-Trattat u fil-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati dwar Ftehim f' għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994. L-imsemmi Ftehim għandu għalhekk jiġi approvat.

(4)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni (1),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim f' għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi relatati mat-tneħħija ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim f' għamla ta’ Skambju ta’ Ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati biex ikun implimentat dan il-Ftehim f' għamla ta’ Skambju ta’ Ittri skond il-proċedura definita fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (2) jew il-kumitat rilevanti mwaqqaf mill-artikolu korrispondenti tar-regolament dwar l-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-prodott ikkonċernat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Iż-żmien ipprovdut fl-Artikolu 4(3) ta’ Deċiżjoni 1999/468/KE ser ikun ta’ xahar.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tkun marbuta l-Komunità (3).

Magħmula fi Brussell, nhar it-30 ta' Jannar 2006

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


FTEHIM F'GĦAMLA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI

bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat mal-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

A.   Ittra mill-Komunita' Ewropea

Brussel, Image

Sinjur,

Wara l-bidu ta' negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Awstralja bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-KE, dan li ġej kien miftiehem bejn il-KE u l-Awstralja bl-iskop li jkunu konklużi n-negozjati miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta' Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

Il-KE taqbel li tinkorpora fl-iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha.

Il-KE taqbel li hi għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-KE 25 il-konċessjonijiet li jinstabu fl-Anness għal dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-KE tirċievi mill-Awstralja ittra ta' ftehim eżegwita kif xieraq, wara konsiderazzjoni mill-partijiet skond il-proċeduri tagħhom. Il-KE għandha tagħmel l-aħjar sforzi tagħha biex tistabbilixxi l-miżuri adatti ta' implimentazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 2006 u fl-ebda ċirkostanzi mhux aktar tard minn Lulju 2006.

Nitolbok taċċetta l-assigurazzjoni ta' l-akbar konsiderazzjoni tiegħi.

F’isem il-Komunita' Ewropea.

Image

ANNESS

żid 136 tunnellata (piż ta’ karkassa) fil-parti allokata għall-Awstralja skond il-kwota ta' rata ta' tariffa tal-KE għal-laħam tal-muntun; “laħam tal-muntun jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat” (Numru tat-tariffa tal-prodott 0204),

pajjiż alloka (l-Awstralja) kwota ta' rata ta' tarriffa 9 925 tunnellata ta' zokkor mhux raffinat biex ikun irraffinat (numru tat-tariffa tal-prodott 1701 11 10), b'rata ta' kwota ta' 98€/tunnellata.

żid 4 003 tunnellati (erga omnes) f'kwota ta' rata ta' tariffa tal-KE “għal-laħam ta' annimali ta' l-ifrat, imkessaħ; kwarti ta' quddiem mhux mifrudin jew mifrudin; mingħajr għadam” u “ġewwieni li jittiekel ta' annimali ta' l-ifrat, imkessaħ; falda ħoxna u falda rqiqa. Il-laħam importat għandu jkun użat għall-ipproċessar” (numri tat-tariffi tal-prodotti 0202 20 30, 0202 30, 0206 29 91),

żid 150 tunnellata (piż tal-prodott) ma' l-allokazzjoni ta' l-Awstralja skond il-kwota ta' rata ta' tariffa tal-UE għal-“laħam ta' l-aqwa kwalità ta' annimali ta' l-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat, bl-għadam jew mingħajr l-għadam; ġewwieni li jittiekel ta' annimali ta' l-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat” (numri tat-tariffi tal-prodotti ex 0201, ex 0202, ex 0206 10 95 u ex 0206 29 91),

żid 461 tunnellata ma' l-allokazzjoni ta' l-Awstralja bis-saħħa tal-kwota ta' rata ta' tariffa tal-KE għall-ġobon Cheddar (numru tat-tariffa tal-prodott ex 0406 90 21),

żid 1 360 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata ta' tariffa tal-KE għall-butir (numri tat-tariffi tal-prodotti 0405 10, 0405 90).

Għandhom japplikaw ir-rati ta’ kwota tal-KE15.

B.   Ittra mill-Awstralja

Brussel, Image

Sinjur,

B’referenza għall-ittra tiegħek li tiddikjara:

“Wara l-bidu ta' negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Awstralja, dan li ġej bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-KEkien miftiehem bejn il-KE u l-Awstralja bl-iskop li jkunu konklużi n-negozjati miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta' Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

Il-KE taqbel li tinkorpora fl-iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha.

Il-KE taqbel li hi għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-KE 25 il-konċessjonijiet li jinstabu fl-Anness għal dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-KE tirċievi mill-Awstralja ittra ta' ftehim eżegwita kif xieraq, wara konsiderazzjoni mill-partijiet skond il-proċeduri tagħhom. Il-KE għandha tagħmel l-aħjar sforzi tagħha biex tistabbilixxi l-miżuri adatti ta' implimentazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 2006 u fl-ebda ċirkostanzi mhux aktar tard minn Lulju 2006.”

Għandi hawnekk l-unur nesprimi l-qbil tal-gvern tiegħi.

Nitolbok taċċetta l-assigurazzjoni ta' l-akbar konsiderazzjoni tiegħi,

F’isem il-Gvern ta' l-Awstralja

Image