|
21.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-21 ta' Ġunju 2005
dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000
(20005/599/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 tiegħu, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi
|
(1) |
Il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tas-27 ta' April 2004, awtorizza lill-Kummissjoni biex jiftaħ negozjati ma' l-Istati ACP bil-għan li jiġi emendat il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Cotonou”). In-negozjati ġew konklużi fi Frar 2005. |
|
(2) |
Il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Cotonou għandu għalhekk jiġi iffirmat f'isem il-Komunità Ewropea, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, flimkien mad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Komunità unilateralment jew konġuntement ma’ Partijiet oħra, li huma mehmużin ma’ l-Att Finali, huwa b'dan approvat f’isem il-Komunità, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.
It-testi tal-Ftehim u ta' l-Att Finali huma mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna mogħtija s-setgħa li tiffirma l-Ftehim f’isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Magħmul fil-Lussemburgu, nhar il-21 ta’ Ġunju 2005.
Il-Kunsill
Il-President
F. BODEN
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.Ftehim kif rettifikat bil-ĠU L 385, 29.12.2004, p. 88.
FTEHIM
li jemenda l-ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IL-PRESIDENT TA’ L-IRLANDA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,
IL-PRESIDENT TA’ MALTA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ L-OLANDA,
IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IL-GVERN TAR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,
Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, minn hawn il-quddiem imsemmija “il-Komunità”, bl-Istati tal-Komunità minn hawn il-quddiem imsemmija “l-Istati Membri”, u
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
minn naħa waħda, u
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ANGOLA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ ANTIGWA U BARBUDA,
IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS,
IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-BARBADOS,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA’ BELIŻ,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ BENIN,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ BOTSWANA,
IL-PRESIDENT TA’ BURKINA FASO,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ BURUNDI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ CAPE VERDE,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA FEDERALI TAL-KOMOROS,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KONGO,
IL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ CÔTE D'IVOIRE,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ DĠIBUTI,
IL-GVERN TAL-COMMONWEALTH TA’ DOMINIKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DOMENIKANA,
IL-PRESIDENT TA' L-ISTAT TA’ L-ERITREA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA FEDERALI TA’ L-ETJOPJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA SOVRANA TAL-FIĠI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA GABONIŻA,
IL-PRESIDENT U L-KAP TA' L-ISTAT TAR-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GHANA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA’ GRENADA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GWINEA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GWINEA-BISSAU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GWINEA EKWATORJALI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GUJANA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĦAITI,
IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-ĠAMAJKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KENJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI,
IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TA’ LESOTO,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ LIBERJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MADAGASKAR,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALAWI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALI,
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-MAWRITANJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,
IL-GVERN TA' L-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONESJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MOŻAMBIK,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ NAMIBJA,
GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ NAWRU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NIĠER,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAN-NIĠERJA,
IL-GVERN TA’ NIUE,
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ PALAU,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA' L-ISTAT INDEPENDENTI TA’ PAPUA GWINEA L-ĠDIDA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA RWANDIŻA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT KITTS U NEVIS,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA’ SANTA LUĊIJA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT VINCENT U L-GRENEDINI,
IL-KAP TA' L-ISTAT TA' L-ISTAT INDEPENDENTI TA’ SAMOA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SENEGAL,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SEJXELLI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SIERRA LEONE,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GŻEJJER SOLOMON,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-AFRIKA T’ISFEL,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SUDAN,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SURINAM,
IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TA’ SWAŻILANDJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA UNITA TAT-TANŻANIJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊADD
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TOGOLIŻA,
IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAUFA'AHAU TUPOU IV TAT-TONGA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA’ TUVALU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-UGANDA,
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ VANWATU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ŻAMBJA,
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ ŻIMBABWE,
li l-istati tagħhom minn hawn il-quddiem huma msemmija “l-istati ta' l-ACP”,
min-naħa l-oħra,
WARA LI KKUNSIDRAW it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Ftehim ta’ Georgetown li jistabbilixxi l-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP), min-naħa l-oħra,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim ta' Sħubija, bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Cotonou”),
BILLI l-Artikolu 95(1) tal-Ftehim ta' Cotonou jistipula li l-perjodu ta' validità tal-Ftehim għandu jkun ta' għoxrin sena, li jibda fl-1 ta' Marzu 2000,
BILLI t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta' Cotonou jipprovdi li għaxar xhur qabel l-iskadenza ta' kull perjodu ta' ħames snin, il-Partijiet għandhom jidħlu f'negozjati bil-għan li jeżaminaw kull emenda li tista’ ssir lid-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta' Cotonou,
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IL-PRESIDENT TA’ L-IRLANDA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,
IL-PRESIDENT TA’ MALTA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ L-OLANDA,
IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IL-GVERN TAR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ANGOLA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ ANTIGWA U BARBUDA,
IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS,
IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-BARBADOS,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA’ BELIŻ,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ BENIN,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ BOTSWANA,
IL-PRESIDENT TA’ BURKINA FASO,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ BURUNDI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ CAPE VERDE,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA FEDERALI TAL-KOMOROS,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KONGO,
IL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ CÔTE D'IVOIRE,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ DĠIBUTI,
IL-GVERN TAL-COMMONWEALTH TA’ DOMINIKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DOMENIKANA,
IL-PRESIDENT TA' L-ISTAT TA’ L-ERITREA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA FEDERALI TA’ L-ETJOPJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA SOVRANA TAL-FIĠI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA GABONIŻA,
IL-PRESIDENT U L-KAP TA' L-ISTAT TAR-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GHANA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA’ GRENADA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GWINEA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GWINEA-BISSAU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GWINEA EKWATORJALI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GUJANA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĦAITI,
IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-ĠAMAJKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KENJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI,
IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TA’ LESOTO,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ LIBERJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MADAGASKAR,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALAWI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALI,
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-MAWRITANJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,
IL-GVERN TA' L-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONESJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MOŻAMBIK,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ NAMIBJA,
GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ NAWRU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NIĠER,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAN-NIĠERJA,
IL-GVERN TA’ NIUE,
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ PALAU,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA' L-ISTAT INDEPENDENTI TA’ PAPUA GWINEA L-ĠDIDA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA RWANDIŻA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT KITTS U NEVIS,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA’ SANTA LUĊIJA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT VINCENT U L-GRENEDINI,
IL-KAP TA' L-ISTAT TA' L-ISTAT INDEPENDENTI TA’ SAMOA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SENEGAL,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SEJXELLI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SIERRA LEONE,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GŻEJJER SOLOMON,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-AFRIKA T’ISFEL,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SUDAN,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SURINAM,
IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TA’ SWAŻILANDJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA UNITA TAT-TANŻANIJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊADD,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TOGOLIŻA,
IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAUFA'AHAU TUPOU IV TAT-TONGA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA’ TUVALU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-UGANDA,
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ VANWATU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ŻAMBJA,
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ ŻIMBABWE,
LI, wara li skambjaw il-Pjeni Poteri tagħhom, misjuba fil-forma tajba u dovuta,FTEHMU KIF ĠEJ:
ARTIKOLU WAĦDIENI
Konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 95 tiegħu, il-Ftehim ta' Cotonou għandu jiġi emendat skond id-disposizzjonijiet li ġejjin:
A. PREAMBOLU
|
1. |
Wara t-tmien premessa, li tibda “JIKKUNSIDRAW il-Konvenzjoni għal Protezzjoni tad-Drittijiet Umani …”, għandhom jiġu inseriti il-premessi li ġejjin: “JERĠGĦU JAFFERMAW li l-aktar reati serji li jħassbu l-komunità internazzjonali ma jistgħux jibqgħu impuniti u l-prosekuzzjoni effettiva kontra tagħhom trid tiġi żgurata bit-teħid ta' miżuri fil-livell nazzjonali u bit-tkattir tal-koperazzjoni globali; JIKKUNSIDRAW li t-twaqqif u l-funzjonament effettiv tal-Qorti Kriminali Internazzjonali jikkonstitwixxu żvilupp importanti għall-paċi u għall-ġustizzja internazzjonali;” . |
|
2. |
L-għaxar premessa, li tibda “JIKKUNSIDRAW li l-miri ta' żvilupp u l-prinċipji …”, għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej: “JIKKUNSIDRAW li l-Objettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp li joħorġu mid-Dikjarazzjoni tal-Millenju adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2000, b’mod partikolari l-eradikazzjoni tal-faqar estrem u tal-ġuħ, kif ukoll il-miri ta’ żvilupp u l-prinċipji li dwarhom kien hemm qbil fil-Konferenzi tan-Nazzjonijiet Uniti, jipprovdu viżjoni ċara u għandhom isejsu l- koperazzjoni ACP-UE fi ħdan dan il-Ftehim;” . |
B. IT-TEST TA' L-ARTIKOLI TAL-FTEHIM TA' COTONOU
|
1. |
Fl-Artikolu 4, il-parti introduttiva għandha tiġi mibdula b'dan li ġej: “L-Istati ta’ l-ACP għandhom jiddeterminaw il-prinċipji ta’ żvilupp, l-istrateġiji u l-mudelli ta’ l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom fis-sovranità kollha tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu, mal-Komunità, il-programmi ta’ koperazzjoni previsti taħt dan il-Ftehim. Madankollu, il-Partijiet jirrikonoxxu r-rwol komplementari ta’ partijiet mhux Statali u ta' awtoritajiet deċentralizzati lokali kif ukoll il-potenzjal għall-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-proċess ta’ l-iżvilupp. Għal dan il-għan, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim, il-partijiet mhux Statali u l-awtoritajiet deċentralizzati lokali għandhom, fejn ikun opportun:” . |
|
2. |
L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
3. |
It-Titolu fl-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “ ” . |
|
4. |
L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
5. |
L-Artikoli li ġejjin għandhom jiġi inseriti: “Artikolu 11a Il-ġlieda kontra t-terroriżmu Il-Partijiet itennu mill-ġdid il-kundanna soda tagħhom ta’ l-atti terroristiċi kollha, u jimpenjaw ruħhom li jikkumbattu t-terroriżmu permezz ta’ koperazzjoni internazzjonali, skond il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Liġi Internazzjonali, il-konvenzjonijiet u l-istrumenti rilevanti u b’mod partikolari bl-implementazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjonijiet 1373(2001) u 1456(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u Riżoluzzjonijiet oħra rilevanti tan-NU. Għal dan il-għan, il-Partijiet jiftiehmu li jiskambjaw:
Artikolu 11b Koperazzjoni fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' l-armi ta' distruzzjoni massiva 1. Il-Partijiet jikkunsidraw li l-proliferazzjoni ta’ l-armi ta' distruzzjoni massiva u l-mezzi kif jitwasslu, lil partijiet kemm Statali kif ukoll mhux Statali, tirrappreżenta waħda mit-theddidiet l-aktar serji għall-istabbiltà u s-sigurtà internazzjonali. Il-Partijiet għalhekk jaqblu li jikkoperaw u li jikkontribwixxu fil-prevenzjoni tal-proliferazzjoni ta’ l-armi ta' distruzzjoni massiva u l-mezzi li bihom jitwasslu permezz ta' konformità sħiħa ma', u l-implementazzjoni nazzjonali ta' l-obbligi eżistenti tagħhom skond, trattati u ftehim internazzjonali dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni u obbligi internazzjonali oħra rilevanti. Il-Partijiet jaqblu li din id-disposizzjoni tikkostitwixxi element essenzjali ta’ dan il-Ftehim. 2. Il-Partijiet, barra minn hekk, jiftiehmu li jikkoperaw u li jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ nonproliferazzjoni billi:
L-għajnuna teknika u finanzjarja fil-qasam tal-koperazzjoni fil-prevenzjoni tal-proliferazzjoni ta' l-armi ta' distruzzjoni massiva għandha tiġi finanzjata permezz ta' strumenti oħra barra minn dawk intiżi għall-finanzjament tal-koperazzjoni ta’ l-ACP-KE. 3. Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu djalogu politiku regolari li jakkumpanja u jikkonsolida l-koperazzjoni tagħhom f'dan il-qasam. 4. Jekk, wara li tkun ħadet sehem fi djalogu politiku msaħħaħ, xi Parti, informata partikolarment permezz ta' rapporti mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA), l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' l-Armi Kimiċi (OPCW) u istituzzjonijiet multilaterali oħra rilevanti, tikkonsidra li l-Parti l-oħra naqset milli twettaq obbligu li jiġi mill-paragrafu 1, hija għandha, ħlief f’każijiet ta’ urġenza speċjali, tforni lill-Parti l-oħra u lill-Kunsilli tal-Ministri kemm ta’ l-UE kif ukoll ta' l-ACP bl-informazzjoni rilevanti meħtieġa għal eżami komplet tas-sitwazzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet. Għal dan il-għan, hija għandha tistieden lill-Parti l-oħra għal konsultazzjonijiet li jiffokaw fuq il-miżuri meħuda jew li jridu jittieħdu mill-Parti konċernata sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni. 5. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-livell u fil-forma li tkun kunsidrata l-aktar adatta sabiex tinstab soluzzjoni. Il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara l-istedina u għandhom ikomplu għal perjodu stabbilit bi ftehim reċiproku, li jiddependi min-natura u l-gravità tal-vjolazzjoni. Fl-ebda każ m'għandu d-djalogu taħt il-proċedura ta’ konsultazzjoni jdum aktar minn 120 ġurnata. 6. Jekk il-konsultazzjonijiet ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet, jew jekk il-konsultazzjoni tiġi rifjutata jew f’każijiet ta’ urġenza speċjali, jistgħu jittieħdu miżuri adatti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu revokati hekk kif ir-raġunijiet għat-teħid tagħhom ma jibqgħux jeżistu.” |
|
6. |
Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 23:
. |
|
7. |
Fl-Artikolu 25(1), il-punt (d) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
|
8. |
L-Artikolu 26 għandu jiġi mibdul kif ġej:
|
|
9. |
Il-parti introduttiva fl-Artikolu 28 għandha tiġi mibdula b'dan li ġej: “Il-koperazzjoni għandha tipprovdi għajnuna effettiva sabiex jinkisbu l-għanijiet u l-prijoritajiet li l-Istati ta’ l-ACP stabbilixxew għalihom infushom fil-kuntest tal-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali u subreġjonali, inkluża l-koperazzjoni inter-reġjonali u intra-ACP. Il-koperazzjoni reġjonali tista’ tinvolvi wkoll pajjiżi li qed jiżviluppaw li mhumiex membri ta’ l-ACP kif ukoll il-Pajjiżi u Territorji Barranin (OCTs) u r-reġjuni l-aktar estremi. F’dan il-kuntest, l-appoġġ għall-koperazzjoni għandu jkun immirat sabiex:” . |
|
10. |
Fl-Artikolu 29(a), il-punt (i) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
. |
|
11. |
Il-paragrafu 2 fl-Artikolu 30 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
. |
|
12. |
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 43(4): “l-iżvilupp u l-inkoraġġiment ta’ l-użu tal-kontenut lokali għat-Tekonoloġiji ta’ l-Informatika u tal-Komunikazzjoni.” . |
|
13. |
Fl-Artikolu 58 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 58 Eliġibbilità għall-finanzjament 1. L-entitajiet jew korpi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju provdut taħt dan il-Ftehim:
2. Suġġett għall-qbil ta’ l-Istat jew l-Istati konċernati ta’ l-ACP, dawn li ġejjin għandhom ukoll ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju:
3. Partijiet mhux Statali mill-Istati ta’ l-ACP u mill-Komunità li huma ta' natura lokali, għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju provdut taħt il-Ftehim, skond il-modalitajiet miftiehma fil-programmi indikattivi reġjonali u nazzjonali.” |
|
14. |
Il-paragrafi 2 u 3 fl-Artikolu 68 għandhom jiġu mibdula b'dawn li ġejjin:
. |
|
15. |
Fl-Artikolu 89, il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
. |
|
16. |
L-Artikolu 96 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
17. |
Fl-Artikolu 97, il-paragarfu 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
. |
|
18. |
It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 100 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 100 Status tat-testi Il-Protokolli u l-Annessi mehmużin ma' dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu, l-Annessi Ia, II, III, IV u VI jistgħu jiġu riveduti u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri fuq bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta' l-ACP-KE għall-Koperazzjoni fil-Finanzjamant ta’ l-Iżvilupp. Dan il-Ftehim, imfassal f’żewġ kopji bil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, kull test ugwalment awtentiku, għandu jiġi depositat fl-arkiviji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u s-Segretarjat ta' l-Istati ta' l-ACP, li għandhom it-tnejn li huma jitrasmettu kopja ċertifikata lill-Gvern ta' kull wieħed mill-Istati Firmatarji.” |
Ċ. ANNESSI
|
1. |
Fl-Anness 1, il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:
. |
|
2. |
L-Anness li ġej għandu jiġi inserit: “ANNESS Ia Qafas finanzjarju pluriennali ta’ koperazzjoni taħt dan il-Ftehim
|
|
3. |
L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
4. |
L-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
5. |
L-Anness li ġej għandu jiġi miżjud: “ANNESS VII DJALOGU POLITIKU FIR-RIGWARD TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM, PRINĊIPJI DEMOKRATIĊI U L-ISTAT TA’ DRITT Artikolu 1 Għanijiet 1. Il-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 96(3)(a) sejrin iseħħu, barra f'każijiet ta' urġenza speċjali, wara djalogu politiku eżawrjenti kif previst fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 9(4) tal-Ftehim. 2. Iż-żewġ Partijiet għandhom imexxu tali djalogu politiku fl-ispirtu tal-Ftehim u billijżommu f’moħħhom il-Linji ta’ Gwida għad-Djalogu Politiku ta’ l-ACP-KE stabbilit mill- Kunsill tal-Ministri. 3. Id-Djalogu Politiku huwa proċess li għandu jrawwem it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-ACP u l-KE u jkun ta’ kontribut lejn il-kisba ta’ l-għanijiet tas-Sħubija. Artikolu 2 Djalogu Politiku Intensifikat li jippreċedi konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim 1. Id-djalogu politiku fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi u ta' l-istat ta' dritt għandu jitmexxa skond l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tal-Ftehim u fil-parametri ta' standards u normi rikonoxxuti internazzjonalment.. Fl-ambitu ta’ dan id-djalogu l-Partijiet jistgħu jaqblu dwar aġendi u prioritajiet konġunti. 2. Il-Partijiet jistgħu konġuntament jiżviluppaw u jiftiehmu dwar parametri speċifiċi ta’ referenza jew għanijiet fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi u ta' l-istat ta' dritt, fil-parametri ta' standards u normi maqbula internazzjonalment, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċjali ta' l-Istat ta’ l-ACP konċernat. Il-parametri ta’ referenza huma mekkaniżmi għall-kisba ta' ċerti għanijiet permezz ta' l-iffissar ta’ objettivi intermedji u perjodi stipulati għall-konformità. 3. Id-djalogu politiku previst fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun sistematiku u formali u għandu jeżawrixxi kull possibbiltà qabel il-konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim. 4. Barra f’każijiet ta’ urġenza speċjali kif definit fl-Artikolu 96(2)(b) tal-Ftehim, il-konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 jistgħu jseħħu wkoll mingħajr djalogu politiku intensifikat preċedentement, meta jkun hemm nuqqas persistenti ta’ konformità ma’ l-impenji meħuda minn waħda mill-Partijiet matul djalogu preċedenti, jew minħabba nuqqas ta' perteċipazzjoni fi djalogu in bona fede. 5. Id-djalogu politiku taħt l-Artikolu 8 tal-Ftehim għandu jkun użat ukoll bejn il-Partijiet sabiex jassistu pajjiżi suġġetti għal miżuri adattati taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim, sabiex jinnormalizzaw ir-relazzjoni. Artikolu 3 Regoli addizjonali dwar konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim 1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex ikattru l-ugwaljanza fil-livell ta' rappreżentazzjoni matul il-konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim. 2. Il-Partijiet huma impenjati lejn interazzjoni trasparenti qabel, matul u wara l-konsultazzjonijiet formali, b'kont meħud tal-parametri ta’ riferenza u l-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dan l-anness. 3. Il-Partijiet għandhom jużaw it-30 jum tal-perjodu ta' notifikazzjoni kif previst fl-Artikolu 96(3) tal-Ftehim għal tħejjija effettiva mill-Partijiet, kif ukoll għal konsultazzjonijiet aktar profondi fi ħdan il-Grupp ta' l-ACP u fost il-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Matul il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-Partijiet għandhom jiftehmu dwar perjodi flessibbli, filwaqt li jagħrfu li jistgħu jeħtieġu reazzjoni immedjata il-każijiet ta' urġenza speċjali, kif definit fl-Artikolu 96(2)(b) tal-Ftehim u fl-Artikolu 2(4) ta' dan l-Anness. 4. Il-Partijiet jagħrfu r-rwol tal-Grupp ta' l-ACP fid-djalogu politiku bbażat fuq modalitajiet li għandhom jiġu ddeterminati mill-Grupp ta' l-ACP u komunikati lill-Komunità Ewropea u lill-Istati Membri tagħha. 5. Il-Partijiet jagħrfu l-bżonn għal konsultazzjonijiet strutturati u kontinwi taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim. Il-Kunsill tal-Ministri jista’ jiżviluppa modalitajiet ulterjuri għal dan il-għan.” |
B'XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji hawn taħt imsemmija hawnhekk għamlu l-firem tagħhom.
ATT FINALI
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IL-PRESIDENT TA’ L-IRLANDA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,
IL-PRESIDENT TA’ MALTA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ L-OLANDA,
IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IL-GVERN TAR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,
Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, minn hawn il-quddiem imsemmija “il-Komunità”, bl-Istati tal-Komunità minn hawn il-quddiem imsemmija “l-Istati Membri”,u tal-Komunità Ewropea,
minn naħa waħda, u
Il-Plenipotenzjarji ta:IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ANGOLA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ ANTIGWA U BARBUDA,
IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS,
IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-BARBADOS,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA’ BELIŻ,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ BENIN,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ BOTSWANA,
IL-PRESIDENT TA’ BURKINA FASO,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ BURUNDI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ CAPE VERDE,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA FEDERALI TAL-KOMOROS,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KONGO,
IL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ CÔTE D'IVOIRE,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ DĠIBUTI,
IL-GVERN TAL-COMMONWEALTH TA’ DOMINIKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DOMENIKANA,
IL-PRESIDENT TA' L-ISTAT TA’ L-ERITREA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA FEDERALI TA’ L-ETJOPJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA SOVRANA TAL-FIĠI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA GABONIŻA,
IL-PRESIDENT U L-KAP TA' L-ISTAT TAR-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GHANA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA’ GRENADA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GWINEA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GWINEA-BISSAU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GWINEA EKWATORJALI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GUJANA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĦAITI,
IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-ĠAMAJKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KENJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI,
IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TA’ LESOTO,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ LIBERJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MADAGASKAR,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALAWI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALI,
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-MAWRITANJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,
IL-GVERN TA' L-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONESJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MOŻAMBIK,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ NAMIBJA,
GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ NAWRU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NIĠER,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAN-NIĠERJA,
IL-GVERN TA’ NIUE,
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ PALAU,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA' L-ISTAT INDEPENDENTI TA’ PAPUA GWINEA L-ĠDIDA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA RWANDIŻA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT KITTS U NEVIS,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA’ SANTA LUĊIJA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT VINCENT U L-GRENEDINI,
IL-KAP TA' L-ISTAT TA' L-ISTAT INDEPENDENTI TA’ SAMOA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SENEGAL,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SEJXELLI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SIERRA LEONE,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GŻEJJER SOLOMON,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-AFRIKA T’ISFEL,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SUDAN,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SURINAM,
IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TA’ SWAŻILANDJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA UNITA TAT-TANŻANIJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊADD,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TOGOLIŻA,
IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAUFA'AHAU TUPOU IV TAT-TONGA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO,
IL-MAESTÀ TAGĦHA IR-REĠINA TA’ TUVALU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-UGANDA,
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ VANWATU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ŻAMBJA,
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ ŻIMBABWE,
li l-Istati tagħhom minn hawn il-quddiem huma msemmija “l-Istati ta' l-ACP”,min-naħa l-oħra,
miġburin fil-Lussemburgu fil-ħamsa u għoxrin ġurnata ta' Ġunju fis-sena elfejn u ħamsa fl-okkażjoni ta' l-iffirmar tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP), minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000,
fil-waqt ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim adottaw id-dikjarazzjonijiet li ġejjin, mehmuża ma' dan l-Att Finali:
|
Dikjarazzjoni I |
Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou |
|
Dikjarazzjoni II |
Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Cotonou |
|
Dikjarazzjoni III |
Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 3(5) ta' l-Anness IV |
|
Dikjarazzjoni IV |
Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 9(2) ta' l-Anness IV |
|
Dikjarazzjoni V |
Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 12(2) ta' l-Anness IV |
|
Dikjarazzjoni VI |
Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 13 ta' l-Anness IV |
|
Dikjarazzjoni VII |
Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 19a ta' l-Anness IV |
|
Dikjarazzjoni VIII |
Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 24(3) ta' l-Anness IV |
|
Dikjarazzjoni IX |
Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 2 ta' l-Anness VII |
|
Dikjarazzjoni X |
Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikoli 4 u 58(2) tal-Ftehim ta' Cotonou |
|
Dikjarazzjoni XI |
Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 11a tal-Ftehim ta' Cotonou |
|
Dikjarazzjoni XII |
Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 11b(2) tal-Ftehim ta' Cotonou |
|
Dikjarazzjoni XIII |
Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikoli 28, 29, 30 u 58 tal-Ftehim ta' Cotonou u dwar l-Artikolu 6 ta' l-Anness IV |
|
Dikjarazzjoni XIV |
Dikjarazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-Anness Ia |
|
Dikjarazzjoni XV |
Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikoli 4(3), 5(7), 16(5) u (6) u 17(2) ta' l-Anness IV |
|
Dikjarazzjoni XVI |
Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 4(5) ta' l-Anness IV |
|
Dikjarazzjoni XVII |
Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 20 ta' l-Anness IV |
|
Dikjarazzjoni XVIII |
Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikoli 34, 35 u 36 ta' l-Anness IV |
|
Dikjarazzjoni XIX |
Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 3 ta' l-Anness VII. |
|
Dikjarazzjoni XX |
Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 3 ta' l-Anness VII. |
DIKJARAZZJONI I
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 8 TAL-FTEHIM TA' COTONOU
B’konnessjoni mad-djalogu fil-livelli nazzjonali u reġjonali, għall-finijiet ta’ l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou, ”il-Grupp ta' l-ACP” għandu jfisser it-Troika tal-Kumitat ta’ l-Ambaxxaturi ta' l-ACP (CoA) u l-President tas-SottoKumitat ta' l-ACP għall-Affarijiet Politiċi, Soċjali, Umanitarji u Kulturali (PSHCA); l-Assemblea Parlamentari Konġunta (JPA ta' l- ACP-UE)) għandha tkun interpretata bħala l-Ko-Presidenti ta’ l- JPA, jew il-persuni nominati sabiex jingħataw dawk il-karigi.
DIKJARAZZJONI II
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 68 TAL-FTEHIM TA' COTONOU
Il-Kunsill tal-Ministri ACP-KE sejjer jeżamina, fl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet li jinsabu fl-Artkolu 100 tal-Ftehim ta' Cotonou, il-proposti tan-naħa ta' l-ACP dwar l-Anness II tiegħu dwar l-oxxillazzjonijiet ta' żmien qasir fl-ammonti tad-dħul mill-esportazzjoni (FLEX).
DIKJARAZZJONI III
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ANNESS Ia
Jekk il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Cotonou ma jkunx daħal fis-seħħ sa l-1 ta' Jannar 2008, il-koperazzjoni għandha tiġi finanzjata mill-bilanċi tad-disa' EDF u mill-EDFs preċedenti.
DIKJARAZZJONI IV
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 3(5) TA' L-ANNESS IV
Għall-finijiet ta' l-Artikolu 3(5) ta' l-Anness IV, “ħtiġijiet speċjali” huma ħtiġijiet li jirriżultaw minn ċirkostanzi eċċezzjonali jew imprevisti, bħal sitwazzjonijiet ta’ wara xi kriżi; “prestazzjoni eċċezzjonali” tfisser sitwazzjoni li fiha, barra r-reviżjonijiet intermedja u finali, l-allokazzjoni ta’ pajjiż tkun totalment impenjata u l-finanzjament addizzjonali mill-programm indikattiv nazzjonali jista' jiġi assorbit fl-isfond ta’ politika effikaċi għat-tnaqqis tal-faqar u ta’ tmexxija finanzjarja sana.
DIKJARAZZJONI V
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 9(2) TA' L-ANNESS IV
Għall-finijiet ta' l-Artikolu 9(2) ta' l-Anness IV, “ħtiġijiet ġodda” huma ħtiġijiet li jirriżultaw minn ċirkostanzi eċċezzjonali jew imprevisti, bħal sitwazzjonijiet ta’ wara xi kriżi. “Prestazzjoni eċċezzjonali” tfisser sitwazzjoni li fiha, barra r-reviżjonijiet intermedja u finali, l-allokazzjoni ta’ regjun tkun totalment impenjata u l-finanzjament addizzjonali mill-programm indikattiv nazzjonali jista' jiġi assorbit fl-isfond ta’ politika effikaċi għall-integrazzjoni regjonali u ta' tmexxija finanzjarja sana.
DIKJARAZZJONI VI
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 12(2) TA' L-ANNESS IV
Għall-finijiet ta' l-Artikolu 12(2) ta' l-Anness IV, “ħtiġijiet ġodda” huma ħtiġijiet li jirriżultaw minn ċirkostanzi eċċezzjonali jew imprevisti, bħal dawk li jirriżultaw minn impenji ġodda għal inizjattivi internazzjonali jew għall-indirizz ta' sfidi li huma komuni għall-pajjiżi ta' l-ACP.
DIKJARAZZJONI VII
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 13 TA' L-ANNESS IV
Fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeografika partikolari tar-reġjuni tal-Karibew u l-Paċifiku, il-Kunsill tal-Ministri ta' l-ACP jew il-Kumitat ta’ Ambaxxaturi ta' l-ACP jistgħu, minkejja l-Artikolu 13(2)(a) ta' l-Anness IV, jippreżentaw talba għal finanzjament speċifiku għal wieħed jew għall-ieħor minn dawn ir-reġjuni.
DIKJARAZZJONI VIII
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 19A TA' L-ANNESS IV
Il-Kunsill sejjer jeżamina, skond l-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' Cotonou, id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness IV dwar l-għoti u l-eżekuzzjoni ta' kuntratti bil-ħsieb li dawn jiġu adottati qabel ma jidħol fis-seħħ il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Cotonou.
DIKJARAZZJONI IX
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 24(3) TA' L-ANNESS IV
L-Istati ta' l-ACP sejrin jiġu konsultati, a priori, dwar kull emenda fir-regoli Komunitarji imsemmija fl-Artikolu 24(3) ta’ l-Anness IV.
DIKJARAZZJONI X
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 2 TA' L-ANNESS VII
L-istandards u n-normi rikonoxxuti internazzjonalment huma dawk ta’ l-istrumenti msemmija fil-Preambolu tal-Ftehim ta' Cotonou.
DIKJARAZZJONI XI
DIKJARAZZJONI TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ARTIKOLI 4 U 58(2) TAL-FTEHIM TA' COTONOU
Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 4 u 58(2), qiegħed ikun mifhum li t-terminu ”awtoritajiet deċentralizzati lokali ” jkopri l-livelli kollha ta’ deċentralizzazzjoni inklużi ” collectivités locales ”
DIKJARAZZJONI XII
DIKJARAZZJONI TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ARTIKOLU 11a TAL-FTEHIM TA' COTONOU
L-għajnuna finanzjarja u teknika fil-qasam tal-koperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu sejra tiġi finanzjata minn riżorsi li mhumiex dawk intiżi għall-finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp ta' l- ACP-KE.
DIKJARAZZJONI XIII
DIKJARAZZJONI TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ARTIKOLU 11b(2) TAL-FTEHIM TA' COTONOU
Qiegħed ikun mifhum li l-miżuri disposti fl-Artikolu 11b(2) tal-Ftehim ta' Cotonou sejrin jittieħdu f'perjodu adatt li jieħu kont tal-limitazzjonijiet speċifiċi ta’ kull pajjiż.
DIKJARAZZJONI XIV
DIKJARAZZJONI TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ARTIKOLI 28, 29, 30 U 58 TAL-FTEHIM TA' COTONOU U DWAR L-ARTIKOLU 6 TA' L-ANNESS IV
L-implementazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar koperazzjoni reġjonali fejn ikunu involuti pajjiżi mhux ta’ l-ACP sejra tkun suġġetta għall-implementazzjoni ta’ disposizzjonijiet ekwivalenti fil-qafas ta’ l-istrumenti finanzjarji tal-Komunità dwar il-koperazzjoni ma’ pajjiżi u reġjuni oħra fid-dinja. Il-Komunità sejra tinforma lill-Grupp ta’ l-ACP mad-dħul fis-seħħ ta' dawn id-disposizzjonijiet ekwivalenti.
DIKJARAZZJONI XV
DIKJARAZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA DWAR L-ANNESS Ia
1.
L-Unjoni Ewropea timpenja ruħha li ma' l-ewwel okkażjoni, jekk possibbli sa Settembru 2005, tipproponi ammont eżatt għall-qafas finanzjarju pluriennali għall-koperazzjoni taħt il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Cotonou u l-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu.
2.
L-eżerċiżżju ta’ għajnuna minima msemmi fil-paragrafu 2 ta’ l-Anness Ia huwa garantit, mingħajr preġudizzju għall-eliġibbiltà tal-pajjiżi ta’ l-ACP għal riżorsi addizjonali li jaqgħu taħt strumenti finanzjarji oħra li diġà jeżistu jew li jistgħu jinħolqu bħala appoġġ f’oqsma bħal dawk ta' għajnuna umanitarja ta' emerġenza, tas-sigurtà ta’ l-ikel, ta' mard marbut mal-faqar, ta' appoġġ għall-implementazzjoni ta’ Ftehim ta' Cotonou Ekonomika, ta' appoġġ għall-miżuri previsti konsegwentement tar-riforma tas-suq taz-zokkor, u dawk marbuta mal-paċi u l-istabbiltà.
3.
L-iskadenza għall-impenn tal-fondi tad-Disa' EDF, stabbilita għall-31 ta' Diċembru 2007, tista' tiġi riveduta jekk ikun hemm il-bżonn.
DIKJARAZZJONI XVI
DIKJARAZZJONI TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ARTIKOLI 4(3), 5(7), 16(5) U (6) u 17(2) TA' L-ANNESS IV
Dawn id-disposizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għar-rwol ta' l-Istati Membri fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.
DIKJARAZZJONI XVII
DIKJARAZZJONI TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ARTIKOLU 4(5) TA' L-ANNESS IV
L-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 4(5) ta' l-Anness IV u r-ritorn għall-arranġamenti standard ta' amministrazzjoni sejrin isiru permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ibbażata fuq proposta mill-Kummissjoni. Din id-Deċiżjoni tkun notifikata kif dovut lill-Grupp ta' l-ACP.
DIKJARAZZJONI XVIII
DIKJARAZZJONI TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ARTIKOLU 20 TA' L-ANNESS IV
Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 20 ta' l-Anness IV sejrin ikunu implimentati konformement mal-prinċipju ta' reċiproċità ma' donaturi oħra.
DIKJARAZZJONI XIX
DIKJARAZZJONI TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ARTIKOLI 34, 35 U 36 TA' L-ANNESS IV
Ir-responsabbiltajiet rispettivi dettaljati ta’ l-aġenti inkarigati mill-amministrazzjoni u mill-eżekuzzjoni tar-riżorsi tal-Fondi huma inklużi f'manwali dwar il-proċeduri li dwaru l-Istati ta' l-ACP sejrin jiġu konsultati skond l-Artikolu 12 tal-Ftehim ta' Cotonou. Il-manwali għandu jitqiegħed għad-disposizzjoni ta' l-Istati ta' l-ACP minn meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Cotonou. Kull emenda f’dan il-manwali sejra tkun suġġetta għall-istess proċedura.
DIKJARAZZJONI XX
DIKJARAZZJONI TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ARTIKOLU 3 TA' L-ANNESS VII
Fir-rigward tal-modalitajiet previsti fl-Artikolu 3 ta’ l-Anness VII, il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri sejra tkun ibbażata fuq proposta mill-Kummissjoni.