13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
254 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' l-24 ta’ Jannar 2005
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2007, il-possibbilitajiet ta’ sajd u l-kontribut finanzjarju previst mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta ta’ l-Avorju dwar is-sajd ’il barra mill-Kosta ta’ l-Avorju
(2005/213/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel inċiż tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Bi qbil mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta ta’ l-Avorju dwar is-sajd ’il barra mill-Kosta ta’ l-Avorju (1), qabel l-iskadenza ta’ l-perjodu ta' validità tal-Protokoll anness mal-Ftehim, il-Partijiet involuti fil-kuntratt għandhom jinegozjaw sabiex jiddeterminaw bi qbil komuni l-kontenut tal-Protokoll għall-perjodu li jmiss u, l-emendi jew iż-żidiet li għandhom isiru għall-Anness. |
(2) |
Iż-żewġ Partijiet innegozjaw Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-possibbilitajiet ta’ sajd u l-kontribut finanzjarju, bejn id-9 u t-13 ta’ Novembru 2003 f’Abidjan. Dan il-Protokoll għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2007 ġie ffirmat fit-3 ta’ Marzu 2004 fi Brussel. |
(3) |
Skond il-Protokoll, is-sajjieda tal-Komunità għandhom possibbilitajiet ta’ sajd fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Kosta ta’ l-Avorju għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2007. |
(4) |
Sabiex ikun evitat li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità jkunu interrotti, hu meħtieġ li l-Protokoll il-ġdid ikun applikat fl-iqsar żmien possibbli. Għal dan il-għan, iż-żewġ Partijiet inizjalaw Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri li jipprevedi l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll inizjalat mill-għada tad-data ta' l-iskadenza tal-Protokoll fis-seħħ. |
(5) |
Il-metodu tat-tqassim tal-possibbilitajiet ta’ sajd bejn l-Istati Membri għandu jkun definit fuq il-bażi tat-tqassim tradizzjonali tal-possibbilitajiet ta’ sajd skond il-Ftehim dwar is-Sajd. |
(6) |
Il-Ftehim għandu jkun approvat fil-forma ta' Skambju ta' Ittri, taħt riserva tal-konklużjoni definittiva tiegħu mill-Kunsill, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri fir-rigward ta’ l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2007, il-possibbilitajiet ta’ sajd u l-kontribut finanzjarju previst mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta ta’ l-Avorju dwar is-sajd ’il barra mill-Kosta ta’ l-Avorju, hu b'dan approvat f’isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri u tal-Protokoll huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Il-possibbilitajiet ta’ sajd stabbiliti fil-Protokoll għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri skond l-iskema li ġejja:
a) |
sajd ta' ħut f'qiegħ il-baħar: Spanja: 1 300 GT (gross tonnage - tunnellati gross) fix-xahar, b’medja annwali; |
b) |
sajd għat-tonn:
|
2. Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jeħdux il-possibbilitajiet kollha ta’ sajd stabbiliti bil-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra applikazzjonijiet għal-liċenzji minn kull Stat Membru ieħor.
Artikolu 3
L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ kull qabda li jkunu għamlu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta’ l-Avorju, skond ir-Regolament (KE) Nru 500/2001 tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Marzu 2001 dwar l-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 2347/93 tal-Kummissjoni dwar il-kontrolli tal-qabdiet ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità fl-ibħra ta' pajjiżi terzi 'il barra mill-Kosta (2).
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtorizzat jaħtar il-persuni awtorizzati biex jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri sabiex jorbot lill-Komunità.
Magħmula fi Brussel, nhar il-24 ta’ Jannar 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
F. BODEN
(1) ĠU L 379 l-31.12.1990, p. 3. Ftehim kif emendat l-aħħar mill-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2000 sat-30 ta’ Ġunju 2003, il-possibbilitajiet ta’ sajd u l-kontribut finanzjarju previst mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta ta’ l-Avorju dwar is-sajd ’il barra mill-Kosta ta’ l-Avorju (ĠU L 102, 12.4.2001, p. 3).