European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4865

28.9.2026

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Ġunju 2026 – RR vs International Card Services BV

(Kawża C-660/26, International Card Services)

(C/2026/4865)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RR

Parti oħra fil-proċedura: International Card Services BV

Domandi preliminari

1)

Ir-reġistrazzjoni u l-ħażna ta’ ritratt li fih immaġni tal-wiċċ ta’ persuna sabiex jintuża għal finijiet ta’ identifikazzjoni jistgħu jitqiesu bħala l-ipproċessar ta’ data bijometrika fis-sens tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1), (iktar ’il quddiem “GDPR”), moqri flimkien mal-punt (14) tal-Artikolu 4 tal-GDPR, u fl-affermattiv, taħt liema kundizzjonijiet?

2)

L-Artikolu 40(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ir-Raba’ Direttiva Ewropea kontra l-Ħasil tal-Flus (kif emendata)) (2), fid-dawl ukoll tal-Artikolu 6(3) tal-GDPR, tal-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-data stabbilit fl-Artikolu 5(1)(c) tal-GDPR, tal-Artikoli 7, 8 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-entitajiet obbligati jżommu kopja tad-dokument tal-identità użat sabiex tiġi vverifikata l-identità ta’ klijent fil-kuntest tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: l-obbligu ta’ żamma impost fuq l-entitajiet obbligati, li għandhom jimplimentaw l-Istati Membri, jinkludi kopja sħiħa tal-paġni rilevanti ta’ dokument tal-identità, inkluż ir-ritratt fuq id-dokument tal-identità?

4)

Ir-ritratti li fihom persuna hija identifikabbli jistgħu jitqiesu bħala data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika fis-sens tal-Artikolu 9(1) tal-GDPR u, fl-affermattiv, taħt liema kundizzjonijiet?

a.

Huwa rilevanti, f’dan ir-rigward, jekk ir-ritratt inkwistjoni jiġi pproċessat bl-għan jew bl-intenzjoni li ssir distinzjoni bbażata fuq l-oriġini razzjali jew etnika?

b.

Huwa rilevanti, f’dan ir-rigward, jekk informazzjoni dwar l-oriġini razzjali jew etnika tkunx tista’ tiġi dedotta mir-ritratt inkwistjoni b’livell suffiċjenti ta’ ċertezza?


(1)   ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.

(2)   ĠU 2015, L 141, p. 73, rettifika fil-ĠU L, 2024/90601.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4865/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)