European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3845

27.7.2026

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2026 – Global Rice vs EUIPO – Ricegrowers (Rappreżentazzjoni tax-xemx u ta’ karattri tal-Għarbi)

(Kawża T-283/25)  (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta x-xemx u karattri tal-Għarbi - Sinjal figurattiv preċedenti li jirrappreżenta x-xemx u karattri tal-Għarbi - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) u Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(C/2026/3845)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Global Rice EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: H. Raychev, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Stoyanova-Valchanova, aġenta)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ricegrowers Ltd (Leeton, l-Awstralja) (rappreżentant: C. Menebröcker u C. Böhmer, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-17 ta’ Marzu 2025 (Każ R 1476/2024-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Global Rice EOOD għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Ricegrowers Ltd fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)   ĠU C, C/2025/3423, 30.6.2025.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3845/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)