|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3814 |
27.7.2026 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2026 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte di appello di Napoli – l-Italja) – Egenergy Srl, li qabel kienet Orefice Generators Srl, fi stralċ vs MZ, AV, VR, AL, RI, VO, PA, MG
(Kawża C-907/24 (1) , Orefice Generators)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Tkeċċijiet kollettivi - Direttiva 98/59/KE - Kunċett ta’ “tkeċċijiet” - Artikolu 1(1) - Trasferiment tal-post tax-xogħol - Xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol minħabba r-rifjut tal-ħaddiem li jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni ta’ trasferiment tal-post tax-xogħol - Proċedura għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema)
(C/2026/3814)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte di appello di Napoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Egenergy Srl, li qabel kienet Orefice Generators Srl, fi stralċ,
Konvenuti: MZ, AV, VR, AL, RI, VO, PA, MG
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li: ix-xoljiment ta’ kuntratt tax-xogħol għal raġuni waħda jew iktar mhux inerenti għall-ħaddiem individwali, li jkun sar mill-persuna li timpjega wara r-rifjut ta’ dan il-ħaddiem li jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni unilaterali ta’ din il-persuna li timpjega ta’ trasferiment tal-post tax-xogħol tiegħu għal sit ’il bogħod mis-sit inizjali, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “tkeċċijiet”, fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
2) |
Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59 għandu jiġi interpretat fis-sens li: jipprekludi li x-xoljiment ta’ kuntratt tax-xogħol għal raġuni waħda jew iktar mhux inerenti għall-ħaddiem individwali, li jkun sar mill-persuna li timpjega wara r-rifjut ta’ dan il-ħaddiem li jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni unilaterali ta’ din il-persuna li timpjega ta’ trasferiment tal-post tax-xogħol tiegħu għal sit ’il bogħod mis-sit inizjali, ma jitteħidx inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tan-numru ta’ tkeċċijiet li saru b’rabta mal-livelli minimi stabbiliti minn din id-direttiva. |
(1) ĠU C, C/2025/1633.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3814/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)