|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3505 |
13.7.2026 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fit-2 ta’ Marzu 2026 – Althea Italia SpA, f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp momentarju ta’ impriżi (GMI) kkostitwit ma’ Studio Cartolano s.r.l., ma’ Methodos di UD u ma’ NG vs Regione Siciliana – Assessorato Regionale dell’Economia et
(Kawża C-149/26, Althea Italia)
(C/2026/3505)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Althea Italia SpA, f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp momentarju ta’ impriżi (GMI) kkostitwit ma’ Studio Cartolano s.r.l., ma’ Methodos di UD u ma’ NG
Konvenuti: Regione Siciliana – Assessorato Regionale dell’Economia, Regione Siciliana – Presidenza, Regione Siciliana – Ufficio speciale centrale unica di committenza per l’acquisizione di beni e servizi
Domandi preliminari
|
1) |
Il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ raġonevolezza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), fil-premessa 101 ta’ din l-istess direttiva, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 57(6) ta’ din l-istess direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 80(5)(f) tad-decreto legislativo n. 50/2016 [id-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016] li timponi fuq l-awtoritajiet kontraenti, mingħajr ebda possibbiltà ta’ evalwazzjoni diskrezzjonali, l-esklużjoni awtomatika ta’ operatur ekonomiku minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku minħabba deċiżjoni kawtelatorja li ttieħdet matul il-proċedura ta’ sejħa għal offerti li tipprojbixxi għal ftit jiem il-kapaċità lil dan l-operatur ekonomiku li jidħol f’kuntratt mal-amministrazzjoni pubblika għal dan il-perjodu limitat biss, ma jissodisfax b’mod kontinwu r-rekwiżiti ta’ natura ġenerali? |
|
2) |
L-istess dispożizzjonijiet imsemmija u prinċipji jipprekludu l-introduzzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 80(5)(f) tad-decreto legislativo n. 50/2016 [id-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016] li ma tippermettix lill-awtoritajiet kontraenti jevalwaw l-eventwali miżuri korrettivi meħuda mill-operatur ekonomiku li, matul il-proċedura tas-sejħa għal offerti, jirrikorri għal miżura kawtelatorja li tipprojbixxi għal ftit jiem il-kapaċità li dan l-operatur ekonomiku li jidħol f’kuntratt mal-amministrazzjoni pubblika? |
(1) ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifiki fil-ĠU 2015, L 275, p. 68, fil-ĠU L, 2023/90063 u fil-ĠU L, 2025/90115.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3505/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)