|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3470 |
25.6.2026 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni koperti mill-miżuri restrittivi previsti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(C/2026/3470)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Sayed Hojatollah QUREISHI (1264), Abdollah MEHRABI (1270), Hamid VAHEDI (1271), Kirill Alekseevich LYSOGORSKY (1437) u Yaroslav Yuryevich DRONOV (1766), bħala persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2).
Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuni imsemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati u/jew evidenza ta' sostenn addizzjonali.
Dawn il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni relatata maż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, sal-3 ta’ Lulju 2026, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3470/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)