|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3393 |
6.7.2026 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fit-23 ta’ Marzu 2026 – Proċeduri kriminali kontra “B”
(Kawża C-236/26, Manlov (1) )
(C/2026/3393)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofyiski gradski sad
Rikorrent
“B”
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dritt nazzjonali jittrasponi b’mod korrett l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal- 24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (2) jekk iqis bħala reat l-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali b’mod ġenerali u mhux iddeterminat, mingħajr ma jindika ebda wieħed mill-elementi msemmija f’din id-dispożizzjoni, iżda minkejja dan jippermetti interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni? |
|
2) |
L-Artikolu 2(a) tad-Deċiżjoni Qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “tieħu sehem attiv fl-attivitajiet kriminali” tista’ tinftiehem bħala:
|
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3393/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)