European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3383

6.7.2026

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ April 2026 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Stappert Magyarország Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-115/25  (1) , Stappert Magyarország)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali komuni - Dazji antidumping - Introduzzjoni ta’ miżuri definittivi ta’ salvagwardja fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar - Importazzjoni mit-Tajwan ta’ prodotti tal-azzar li ma jissaddadx - Żewġ numri tal-ordni validi - Eżawriment ta’ waħda miż-żewġ kwoti tariffarji - Impożizzjoni kumulattiva ta’ dazji antidumping u ta’ dazji addizzjonali)

(C/2026/3383)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stappert Magyarország Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/434 tal-15 ta’ Marzu 2022,

għandu jiġi interpretat fis-sens li::

l-espressjoni “[f]ejn il-kwota tariffarja rilevanti tiġi eżawrita”, li minnha tiddependi l-applikazzjoni tad-dazju addizzjonali ta’ 25 % previst f’din id-dispożizzjoni, tirreferi biss għan-numru speċifiku tal-ordni msemmi fit-talba għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.

2)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1483 tal-15 ta’ Settembru 2021 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-espressjoni “[f]ejn id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota [...] isir applikabbli”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 2(1), tkopri kull sitwazzjoni fejn id-dazju addizzjonali ta’ 25 % isir applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/159, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/434, inkluż fejn l-importazzjonijiet ma jkunux jibbenefikaw mill-kwota tariffarja rilevanti billi ma tkun tressqet ebda talba għal allokazzjoni.

3)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2021/1483

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

is-sospensjoni tad-dazji antidumping definittivi prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika f’kull każ fejn id-dazju addizzjonali, li l-ammont tiegħu jkun iktar minn dak tad-dazji antidumping, isir applikabbli, tkun xi tkun ir-raġuni, b’mod partikolari fejn l-importazzjonijiet ma jkunux jibbenefikaw mill-kwota tariffarja rilevanti billi ma tkun tressqet ebda talba għal allokazzjoni.

4)

L-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/159, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/434, u l-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2021/1483, moqrija fid-dawl tal-premessi 286 u 287 ta’ dan ir-regolament tal-aħħar,

għandhom jiġi interpretati fis-sens li:

dazju antidumping u dazju addizzjonali ma jistgħux jiġu imposti fl-istess ħin fejn il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-sospensjoni previsti fl-imsemmi Artikolu 2 ikunu ssodisfatti għall-importazzjonijiet inkwistjoni, inkluż fejn, dakinhar li tkun ġiet eżawrita kwota tariffarja b’numru tal-ordni partikolari, tinfetaħ kwota tariffarja ġdida, taħt numru tal-ordni differenti, għal prodotti li jaqgħu taħt l-istess kodiċi tan-NM, u fejn l-importatur ikun talab li jibbenefika mis-sistema doganali preferenzjali abbażi biss tal-kwota tariffarja li tkun ġiet eżawrita.


(1)  ĠU C ##, ##.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3383/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)