|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3358 |
24.6.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Ġunju 2026
li tadotta l-Pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali għall-2026
(C/2026/3358)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
Billi:
|
—— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2026 kien adottat definittivament fis-26 ta’ Novembru 2025 (2);fl-10 ta’ April 2026, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali għall-2026, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali għall-2026 ġiet adottata fis-16 ta’ Ġunju 2026.
It-test sħiħ (3) jista’ jiġi kkonsultat jew jitniżżel mis-sit web tal-Kunsill fl-indirizz li ġej:
https://www.consilium.europa.eu/mt/documents/public-register/.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. RAOUNA
(1) ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.
(2) ĠU L, 2026/72, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2026/72/oj.
(3) Id-dokument 9919/26 + ADD 1.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3358/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)