|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3199 |
9.6.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1226, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1225 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar kif ukoll l-azzjonijiet tal-Iran li jdgħajfu l-libertà tan-navigazzjoni fil-Lvant Nofsani
(C/2026/3199)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1226 (2), u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1225 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar kif ukoll l-azzjonijiet tal-Iran li jdgħajfu l-libertà tan-navigazzjoni fil-Lvant Nofsani.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni, entitajiet u korpi għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532, u fir-Regolament (UE) 2023/1529 miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar kif ukoll l-azzjonijiet tal-Iran li jdgħajfu l-libertà tan-navigazzjoni fil-Lvant Nofsani. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jinsabu fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk il-persuni, entitajiet u korpi għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1529, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, dawn għandhom jiġu ppreżentati fl-indirizz li ġej sad-19 ta' Ġunju 2026:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Email: sanctions@consilium.europa.eu |
L-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20.
(2) ĠU L, 2026/1226, 8.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1226/oj.
(3) ĠU L 186, 25.7.2023, p. 1.
(4) ĠU L, 2026/1225, 8.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1225/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3199/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)