|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3174 |
22.6.2026 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2026 – Luminus vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-364/25) (1)
(Kuntratti pubbliċi - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/477 tas-6 ta’ Marzu 2025 dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE għall-għoti ta’ kuntratti għall-attivitajiet relatati mal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Belġju– Deċiżjoni ta’ emenda - Kawża li saret bla skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
(C/2026/3174)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Luminus (Saint Josse-ten-Noode, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Breuvart, P. Laconte u V. Viaud, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wils, T. Baumé u A. Biolan, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: B. Dourthe u O. Duprat-Mazaré, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ørsted Belgium Renewables (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: V. De Boe, avukat), Norther (Ostende, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Kiekens u Q. Declève, avukati)
Suġġett
Insostenn tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/477 tas-6 ta’ Marzu 2025 dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti ta’ kuntratti għall-attivitajiet relatati mal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Belġju, bl-eċċezzjoni tal-elettriku ġġenerat fl-impjanti tal-enerġija nukleari Doel 4 u Tihange 3 (ĠU L, 2025/477).
Dispożittiv
|
1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti minn Luminus. |
|
3) |
Ir-Repubblika Franċiża, Ørsted Belgium Renewables u Norther għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3174/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)