|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2897 |
8.6.2026 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2026 – Instanta v EUIPO – Heineken España (LEONHART)
(Kawża T-461/25) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LEONHART - Trade mark figurattiva preċedenti nazzjonali EL LEON - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
(C/2026/2897)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Instanta sp. z o.o. (Żory, il-Polonja) (rappreżentant: P. Gutowski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Lobotková u R. Raponi, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Heineken España, SA (Sevilla, Spanja)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Mejju 2025 (Każ R 2434/2024–4).
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Mejju 2025 (Każ R 2434/2024-4) hija annullata. |
|
2) |
Ir-rikors ippreżentat minn Instanta sp. z o.o. quddiem il-Bord tal-Appell huwa milqugħ. |
|
3) |
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn Instanta quddiem il-Bord tal-Appell. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2897/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)