|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2882 |
8.6.2026 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ April 2026 minn Mylan Ireland Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-11 ta’ Frar 2026 fil-Kawża T-1181/23, Mylan Ireland vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-382/26 P)
(C/2026/2882)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Mylan Ireland Ltd (rappreżentanti: C. Dumont, K. Roox u J. Stuyck, advocaten)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Biogen Netherlands BV
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tiddikjara, bħala prinċipju, l-appell ta’ Mylan ammissibbli u fondat u, konsegwentement, tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha, ħlief fejn hija qieset li Mylan kellha interess ġuridiku kontinwu; |
|
— |
fil-każ tal-annullament tas-sentenza appellata, tilqa’ t-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza abbażi ta’ kwalunkwe wieħed mid-disa’ motivi invokati fir-rikors għal annullament, jiġifieri:
|
|
— |
sussidjarjament, jekk l-appell jiġi ddikjarat fondat mingħajr ma l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi dwar it-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali; |
|
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka seba’ aggravji.
L-ewwel aggravju bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti.
It-tieni aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali, inkluż żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 81(2) tar-Regolament Nru 726/2004.
It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikoli 10(2) u 13 tar-Regolament Nru 726/2004.
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 14(11) tar-Regolament Nru 726/2004.
Il-ħames aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 726/2004.
Is-sitt aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 266 TFUE u tal-Artikolu 277 TFUE.
Is-seba’ aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE, tal-Artikolu 60 tal-Istatut u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.
(1) Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229, rettifika fil-ĠU 2023, L 92, p. 31).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2882/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)