|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2873 |
8.6.2026 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Frar 2026 – S. F. v. P. F.
(Kawża C-115/26 Prozivý (1) )
(C/2026/2873)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: S.F.
Konvenut: P.F.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġuriżdizzjoni “biex jiddeċiedu dwar is-suċċessjoni” tinkludi wkoll il-ġuriżdizzjoni biex jirrikonoxxu rikors intiż sabiex tiġi ordnata l-provvista ta’ kotba, ta’ dokumenti u ta’ atti mill-amministratur tas-suċċessjoni ta’ wieħed mill-eredi? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni sabiex tirrikonoxxi tali rikors hija stabbilita skont dispożizzjonijiet ġenerali tal-Artikolu 4 et seq tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (3)? |
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
(2) ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3 u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2873/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)