|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2842 |
27.5.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1484, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1149 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1147, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja
(C/2026/2842)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1484 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1149 (2) u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1147 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja.
L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2024/1485 jeħtieġ li dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi jirrappurtaw, fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar tagħhom fl-Anness IV, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma għandhom jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.
L-informazzjoni li trid tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2024/1485.
(1) ĠU L, 2024/1484, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1484/oj.
(2) ĠU L, 2026/1149, 26.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1149/oj.
(3) ĠU L, 2024/1485, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1485/oj.
(4) ĠU L, 2026/1147, 26.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1147/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2842/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)