European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2811

21.5.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Mejju 2026

li tissostitwixxi membru supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Awstrija

(C/2026/2811)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-5 ta' Marzu 2025 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mis-6 ta' Marzu 2025 sal-5 ta' Marzu 2028.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Clemens ROSENMAYR sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem.

(3)

L-Awstrija nnominat kandidat għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Katja SCHAGER hija maħtura membru supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol minflok is-Sur Clemens ROSENMAYR għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-5 ta' Marzu 2028.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Marzu 2025 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C, C/2025/1689, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1689/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2811/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)