|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2730 |
26.5.2026 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla, ikkostitwita minn ħames Imħallfin sedenti) tal-25 ta’ Marzu 2026 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – il-Belġju) – TUI Belgium NV, TUI Belgium Retail NV, TUI Airlines Belgium NV, TUIFLY Academy Brussels NV, Tec4Jets NV, Pats NV, TUI Travel Belgium NV, TUI Technology NV, TUI Belgian Real Estate NV u BTW-eenheid Travel4You vs Belgische Staat
(Kawża T-221/25 (1) , TUI Belgium)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT - Provvisti ta’ servizzi mwettqa bi ħlas - Eżenzjonijiet - Klawżola ta’ standstill - Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu ċerti taxxi tranżitorjament - Artikolu 28(3)(a) u (4) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE u l-Artikolu 370 tas-Sitt Direttiva 2006/112/KE - Provvisti ta’ servizzi tal-aġenziji tal-ivvjaġġar relatati ma’ vjaġġi mwettqa barra mill-Unjoni - Il-punt 15 tal-Anness E tas-Sitt Direttiva 77/388 u l-punt 4 tal-Parti A tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112 - Emenda sussegwenti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali - Assenza ta’ deroga espressa għall-eżenzjoni)
(C/2026/2730)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TUI Belgium NV, TUI Belgium Retail NV, TUI Airlines Belgium NV, TUIFLY Academy Brussels NV, Tec4Jets NV, Pats NV, TUI Travel Belgium NV, TUI Technology NV, TUI Belgian Real Estate NV, BTW-eenheid Travel4You
Konvenut: Belgische Staat
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 28(3)(a) u (4) u l-punt 15 tal-Anness E tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif ukoll l-Artikolu 370 u l-punt 4 tal-Parti A tal-Anness X tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġi interpretati fis-sens li: is-sistema derogatorja li huma jipprevedu ma teħtieġx dispożizzjoni legali nazzjonali li tipprevedi espressament id-deroga għall-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-provvisti ta’ servizzi tal-aġenziji tal-ivvjaġġar relatati ma’ vjaġġi mwettqa barra mill-Unjoni, prevista fl-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 77/388 u fl-Artikolu 309 tad-Direttiva 2006/112. |
|
2) |
L-Artikolu 28(3)(a) u (4) u l-punt 15 tal-Anness E, tad-Direttiva 77/388, kif ukoll l-Artikolu 370 u l-punt 4 tal-Parti A tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112, għandhom jiġi interpretati fis-sens li: emenda leġiżlattiva mwettqa wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 77/388, li tħassar dispożizzjoni leġiżlattiva espressa li tipprovdi li l-provvisti ta’ servizzi minn aġenziji tal-ivvjaġġar relatati ma’ vjaġġi mwettqa barra mill-Unjoni ma kinux eżentati mill-VAT, sabiex tissostitwixxiha b’dispożizzjonijiet li minnhom jirriżulta biss impliċitament li tali provvisti jibqgħu taxxabbli, ma għandhiex titqies bħala leġiżlazzjoni li ma hijiex, essenzjalment, identika għal-leġiżlazzjoni preċedenti u li hija bbażata fuq loġika differenti. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2730/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)