European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2678

26.5.2026

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Marzu 2026 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Liège – il-Belġju) – DK, JO vs État belge

(Kawża C-119/24  (1) , Chefquet  (2) )

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Taxxa fuq id-dħul - Suppliment tat-taxxa għat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi, li tista’ tiġi stabbilita mill-muniċipalitajiet jew mill-agglomerazzjonijiet li fihom dawn il-persuni jirrisjedu - Suppliment tat-taxxa fuq id-dħul imħallsa lill-Istat mill-persuni mhux residenti għal finijiet ta’ taxxa - Piż fiskali ogħla ta’ persuni mhux residenti għal finijiet ta’ taxxa minn dak sostnut mir-residenti għal finijiet ta’ taxxa ta’ Stat Membru - Paragunabbiltà tas-sitwazzjonijiet - Assenza ta’ ġustifikazzjoni)

(C/2026/2678)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DK, JO

Parti oħra fil-proċedura: État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 45(2) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-taxxa fuq id-dħul li għaliha huma suġġetti, fi Stat Membru, il-persuni mhux residenti għal finijiet ta’ taxxa tiżdied b’suppliment tat-taxxa b’rata fissa favur dan l-Istat, stabbilita b’analoġija għal suppliment tat-taxxa għat-taxxa fuq id-dħul dovuta mir-residenti għal finijiet ta’ taxxa tal-imsemmi Stat favur l-agglomerazzjonijiet jew il-muniċipalitajiet li jagħżlu li jistabbilixxuha u li jiddeterminaw ir-rata tagħha, meta l-piż fiskali li jirriżulta minn dan għal dawn il-persuni mhux residenti jkun, tal-inqas f’ċerti każijiet, ikbar minn dak li għalih huma suġġetti dawn ir-residenti, abbażi ta’ din it-taxxa.


(1)  ĠU C, C/2024/3155.

(2)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2678/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)