European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2616

5.5.2026

DEĊIŻJONI TAL-KWESTURI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tad-29 ta’ April 2026

li temenda l-Anness tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2011 bit-titolu “Regoli dwar il-projbizzjoni tat-tipjip fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew”

(C/2026/2616)

IL-KWESTURI TAL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 28 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidraw id-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2011 bit-titolu “Regoli dwar il-projbizzjoni tat-tipjip fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew” (1),

Billi:

(1)

Permezz ta’ deċiżjoni tat-23 ta’ Marzu 2011, il-Bureau tal-Parlament Ewropew adotta r-“Regoli dwar il-projbizzjoni tat-tipjip fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew” (ir-“Regoli”), li jipprojbixxu t-tipjip fil-bini kollu tal-Parlament Ewropew, bl-unika eċċezzjoni taż-żoni magħżulin apposta għat-tipjip elenkati fl-Anness ta’ dik id-deċiżjoni, u li jagħtu s-setgħa lill-Kwesturi tal-Parlament Ewropew biex jiddeċiedu dwar kwalunkwe modifika sussegwenti ta’ dak l-Anness.

(2)

Permezz ta’ deċiżjoni tal-15 ta’ Lulju 2024, il-Bureau tal-Parlament Ewropew approva aġġornament tekniku tar-Regoli.

(3)

Fil-laqgħat tagħhom tat-8 ta’ Ottubru 2025 u tad-29 ta’ April 2026, il-Kwesturi tal-Parlament Ewropew iddeċidew li jimmodifikaw il-lista ta’ żoni magħżulin apposta għat-tipjip elenkati fl-Anness tar-Regoli, li għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2011 bit-titolu “Regoli dwar il-projbizzjoni tat-tipjip fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew” huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU C 102, 2.4.2011, p. 8.


ANNESS

ANNESS

Lista ta’ żoni magħżulin apposta għat-tipjip:

Brussell

1.

KOHL

00 Żona Y ES

Postijiet ta’ kenn fil-bitħa interna qrib id-daħla prinċipali (post ta’ kenn għat-tipjip u post ta’ kenn għat-tipjip elettroniku)

2.

SPAAK

03 C011 ES

Kamra ħdejn il-Bar tal-Emiċiklu

3.

SPINELLI

00 G110 ES

Lounge ‘Astrid Lulling’ (kabina għat-tipjip u kabina tal-vaping għat-tipjip elettroniku)

4.

SPINELLI

01 Żona E

Kabini ħdejn l-Infocenter (kabina għat-tipjip u kabina tal-vaping għat-tipjip elettroniku)

5.

SPINELLI

07 Żona F

Terrazza (kabina għat-tipjip)

6.

SPINELLI

07 Żona H

Terrazza (kabina għat-tipjip)

Strażburgu

1.

CHURCHILL

M -1741 ES

Bar taċ-Ċinji (kabina għat-tipjip)

2.

CHURCHILL

M -1890a

Sala tad-Dħul (kabina tal-vaping għat-tipjip elettroniku)

3.

CHURCHILL

 

Post ta’ kenn fil-beraħ ħdejn id-daħla

4.

HAVEL

 

Terrazza fis-sular nru 6

5.

VEIL

 

Terrazzi fis-sulari nru 2, 5 u 6

6.

WEISS Żona C

C 01101b ES

Bar tal-Membri (kabina għat-tipjip)

7.

WEISS Żona H

H 01820a ES

Bar tal-Membri (kabina tal-vaping għat-tipjip elettroniku)

8.

WEISS Żona N

N 00101a ES

Bar għall-Istampa (kabina għat-tipjip)

9.

WEISS

 

Terrazzi fis-sulari nru 8, 9, 10, 11, 12 u 13

Il-Lussemburgu

1.

ADENAUER

00 M895 CI

Kabini taħt it-taraġ prinċipali (kabina għat-tipjip u kabina tal-vaping għat-tipjip elettroniku)

2.

ADENAUER

00 Żona H

Passaġġ fuq barra

3.

ADENAUER

00 Żona M

Passaġġ fuq barra


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2616/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)