|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2451 |
28.4.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ April 2026
li tissostitwixxi membru supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għan-Netherlands
(C/2026/2451)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-5 ta' Marzu 2025 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mis-6 ta' Marzu 2025 sal-5 ta' Marzu 2028. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Wim VAN VEELEN, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-kategorija tar-rappreżentanti tat-trade unions. |
|
(3) |
In-Netherlands ippreżentaw kandidat għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Simon Johannes VAN DER STOEL huwa maħtur membru supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol minflok is-Sur Wim VAN VEELEN għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-5 ta' Marzu 2028.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ April 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Marzu 2025 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C, C/2025/1689, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1689/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2451/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)