|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2397 |
4.5.2026 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2026 – Abanca Corporación Bancaria vs EUIPO – Aban (ABAN)
(Kawża T-175/26)
(C/2026/2397)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Abanca Corporación Bancaria, SA (Betanzos, Spanja) (rappreżentant: K. Guridi Sedlak, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aban sp. z o.o. (Kraków, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trademark tal-Unjoni Ewropea “ABAN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 929 167
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Jannar 2026 fil-Każ R 367/2025-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tilqa’ r-rikors u tagħti sentenza li taċċetta r-rikors, billi tannulla kompletament ir-riżultat tad-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tordna li t-trade mark ikkontestata tiġi miċħuda għas-servizzi kollha fil-klassijiet 35, 36 u 41; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u/jew lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2397/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)