|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2374 |
4.5.2026 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2026 – CU vs EEAS
(Kawża T-145/24) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Investigazzjoni - Rifiut tal-talba - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Imparzjalità - Dritt għal smigħ - Żball ta’ evalwazzjoni - Terminu raġonevoli - Dmir ta’ assistenza - Responsabbiltà - Dannu morali)
(C/2026/2374)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CU (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Falek, J. Lanzuela de Álvaro u R. Coesme, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ( SEAE) tal-5 ta’ Mejju 2023, li permezz tagħha t-talba tiegħu għal assistenza mressqa skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea ġiet miċħuda u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu morali li huwa allegatament ġarrab.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-5 ta' Mejju 2023 tiġi annullata sa fejn tirrigwarda t-talba għall-għajnuna relatata ma' C. |
|
2) |
Is-SEAE huwa kkundannat iħallas kumpens ta’ EUR 4 000 lil CU. |
|
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
4) |
Is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2374/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)