European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2213

27.4.2026

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Giustizia Tributaria di secondo grado del Lazio – Ruma (l-Italja) fl-4 ta’ Frar 2026 – Napag Italia Srl, fi stralċ vs Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale del Lazio

(Kawża C-67/26, Napag Italia)

(C/2026/2213)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di Giustizia Tributaria di secondo grado del Lazio - Ruma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Napag Italia S.r.l., fi stralċ

Konvenut: Agenzia delle Entrate - Direzione Regionale del Lazio

Domanda preliminari

L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità, jipprekludi dispożizzjoni bħalma hija t-tieni u t-tielet sentenza tal-Artikolu 8(2) tad-Decreto Legge n. 16 del 2012, (id-Digriet Liġi Nru 16 tal-2012), li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ sanzjoni b’rata fissa proporzjonali (minn 25 % sa 50 %) għall-ammont tal-ispejjeż jew ta’ komponenti negattivi oħra relatati ma’ oġġetti jew servizzi mhux effettivament skambjati jew ipprovduti indikati fid-dikjarazzjoni fiskali, mingħajr il-possibbiltà għall-qorti nazzjonali li telimina jew tnaqqas is-sanzjoni meta jkun hemm raġunijiet eċċezzjonali li jiġi konkluż li s-sanzjoni u d-daqs tal-ksur jew tad-dannu kkawżat huma sproporzjonati?


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2213/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)