|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2025 |
13.4.2026 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2026 – Neuraxpharm Pharmaceuticals vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-1182/23) (1)
(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Revoka tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Dimethyl Fumarate Neuraxpharm - dimetilfumarat - Direttiva 2001/83/KE - Regolament (KE) Nru 726/2004 - Artikolu 266 TFUE)
(C/2026/2025)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Neuraxpharm Pharmaceuticals SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: K. Roox, T. De Meese, J. Stuyck u C. Dumont, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Mathieu u A. Spina, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Biogen Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukata)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 8921 final tat-13 ta’ Diċembru 2023 li tirrevoka d-Deċiżjoni C(2022) 3254 (final) li tagħti awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “Dimethyl Fumarate Neuraxpharm - dimetilfumarat”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Neuraxpharm Pharmaceuticals SL hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2025/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)