|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1877 |
7.4.2026 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2026 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-218/18 RENV-OST) (1)
(Proċedura - Nuqqas li tingħata deċiżjoni - Spejjeż)
(C/2026/1877)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Georgieva, L. Wildpanner u T. Maxian Rusche, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u R. Kanitz, aġenti), Land Rheinland-Pfalz (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati)
Suġġett
Permezz ta’ att ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2025, il-Land Rheinland-Pfalz (il-Land ta’ Rheinland-Pfalz, il-Ġermanja) jitlob lill-Qorti Ġenerali, prinċipalment, abbażi tal-Artikolu 165 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tikkompleta d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż li tinsab fid-dispożittiv tas-sentenza tat-30 ta’ April 2025, Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni (T-218/18 RENV, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-“sentenza wara rinviju”, EU:T:2025:431) u, sussidjarjament, abbażi tal-Artikolu 164 tar-Regoli tal-Proċedura, tirrettifika d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż li tinsab fid-dispożittiv tal-imsemmija sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-30 ta’ April 2025, Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni (T-218/18 RENV, EU:T:2025:431), għandu jiġi kkompletat bil-sentenza li ġejja: “Barra minn hekk, hija għandha tbati l-ispejjeż sostnuti mil-Land Rheinland-Pfalz (il-Land ta’ Rheinland-Pfalz, il-Ġermanja) fil-kuntest tal-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-466/21 P”. |
|
2) |
Il-punt 3 tal-istess dispożittiv għandu jiġi kkompletat “fil-kuntest tal-intervent tagħhom fil-kuntest tal-Kawża T-218/18 u tal-Kawża T-218/18 RENV”. |
|
3) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal rettifika. |
|
4) |
Deutsche Lufthansa AG għandha tbati l-ispejjeż li sostniet il-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tat-talbiet għal rimedju għal nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni u ta’ rettifika. |
|
5) |
Il-Land Rheinland-Pfalz għandu jbati l-ispejjeż li sostna fil-kuntest tat-talbiet għal rimedju għal nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni u ta’ rettifika. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1877/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)