European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1870

7.4.2026

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2026 – UH vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1052/23)  (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Appoġġ għall-edukazzjoni legali superjuri fi Stat terz - Eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ servizz - Kondotta professjonali ħażina u nuqqasijiet serji fil-qadi ta’ obbligi essenzjali mill-parti l-oħra fil-kuntratt - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Investigazzjoni tal-OLAF - Esklużjoni mill-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal perjodu ta’ sentejn - Eżistenza ta’ konsorzju - Żball ta’ fatt - Żball ta’ liġi - Ċertezza legali - Preskrizzjoni - Nuqqas ta’ retroattività”)

(C/2026/1870)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: UH (rappreżentanti: A. Van der Hauwaert u R. Lindemans, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob, prinċipalment, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Ares(2023) 5982056 tal-1 ta’ Settembru 2023 dwar l-esklużjoni tagħha mill-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti u ta’ sussidji rregolati mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36), jew bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (ĠU 2018, L 307, p. 1) u, sussidjarjament, l-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Ares(2023) 5982056 tal-1 ta’ Settembru 2023 dwar l-esklużjoni ta’ UH mill-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti u ta’ sussidji rregolati mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, jew bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C, C/2024/555, 8.1.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1870/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)