European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1858

7.4.2026

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Protodikeio Peiraios (Monomeles Plimmeleiodikeio Peiraios) (il-Greċja) fis-17 ta’ Diċembru 2025 – Proċeduri kriminali kontra FU

(Kawża C-845/25, Aradis  (1) )

(C/2026/1858)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Protodikeio Peiraios (Monomeles Plimmeleiodikeio Peiraios)

Parti fil-kawża prinċipali

FU

Awtorità ta’ prosekuzzjoni

Eisaggelia Protodikon Peiraia

Domanda preliminari

L-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2), moqri flimkien mal-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi għal piena li ċċaħad il-libertà ta’ mill-inqas sitt (6) xhur għall-produzzjoni, għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-pjanti li fihom residwi ta’ pestiċidi li jaqbżu l-limiti massimi permessi previsti mill-imsemmi regolament, anki meta l-limitu massimu jinqabeż bi kwantità minima jew negliġibbli u ma jkun ġie kkonstatat ebda riskju alimentari, mingħajr ma l-qorti nazzjonali jkollha l-possibbiltà li timponi sanzjoni inqas severa jew maħfra tal-piena, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, b’mod partikolari tal-gravità tal-ksur, tad-dannu reali jew potenzjali jew tat-tqegħid f’perikolu tal-interess ġuridiku protett?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)   ĠU 2005, L 70, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1858/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)