|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1797 |
17.3.2026 |
Avviż għall-attenzjoni ta' entità soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2014/145 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(C/2026/1797)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-Foundation for the Support and Protection of the Rights of Compatriots Living Abroad (Pravfond), entità inkluża fil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1895 (2), u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1894 (4), dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Il-Kunsill jipprevedi wkoll li jinkludi l-entità msemmija hawn fuq fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 (5) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 (6) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja.
L-entità kkonċernata hija b'dan infurmata li tista' tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb l-abbozz tad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet, qabel is-27 ta' Marzu 2026 , indirizzata lil:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 Global and Horizontal Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) ĠU L, 2025/1895, 12.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1895/oj.
(4) ĠU L, 2025/1894, 12.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1894/oj.
(5) ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj.
(6) ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1797/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)