|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1784 |
30.3.2026 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2026 – Rangecourt vs BĊE
(Kawża T-101/26)
(C/2026/1784)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Rangecourt SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara li d-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Diċembru 2025 fir-rigward tat-talba tar-rikorrenti għal aċċess għal dokumenti hija nulla skont l-Artikolu 264 TFUE; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-BĊE ma ppreżentax lista sħiħa ta’ dokumenti. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-BĊE ma tax raġunijiet għall-oksurar li sar fit-tmintax-il dokument parzjalment żvelat. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-BĊE ma osservax it-termini applikabbli. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE kkwalifika b’mod żbaljat it-talba tar-rikorrenti bħala impreċiża. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-BĊE ma informax lir-rikorrenti li n-numru ta’ dokumenti kien joħloq problema u li huwa ma pprovax isib soluzzjoni informali mar-rikorrenti sussegwentement. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-BĊE ma kkunsidratx l-ewwel punt tat-talba. |
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE ma pprovditx motivazzjoni dettaljata qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ 20 jum ta’ xogħol. |
|
8. |
It-tmiem motiv ibbażat fuq li l-BĊE rrifjuta b’mod żbaljat li jagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal tliet kategoriji kbar ta’ dokumenti u għal dokumenti oħra. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1784/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)