|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1773 |
30.3.2026 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2026 – Ecolog Deutschland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-31/26)
(C/2026/1773)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ecolog Deutschland GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Mösinger, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla l-għoti tal-kuntratt inkwistjoni (1) mill-Kummissjoni Ewropea lil [offerent ieħor]; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv: applikazzjoni illegali tad-dikjarazzjoni ta’ kriżi
|
|
2. |
It-tieni motiv: assenza ta’ stedina lir-rikorrenti Il-parteċipanti mistiedna kienu illegalment limitati għall-manifatturi tat-tined. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ġiet eskluża. |
|
3. |
It-tielet motiv: għoti illegali tal-kuntratt lil [offerent ieħor] Għalkemm l-impriża li rebħet il-kuntratt hija manifattur tat-tined, hija ma timmanifatturax tined tat-tip meħtieġ għall-użu militari. |
(1) Belgium: EC-FPI/2024/EA-NP/0038 Supply contract - EPF Armenia, ĠU. S 2025/704925, 24/10/2025
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1773/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)