|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1724 |
24.4.2026 |
P10_TA(2025)0280
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin; it-tisħiħ tas-sostenn tal-Europol għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra reati bħal dawn
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin, u dwar it-tisħiħ tas-sostenn tal-Europol għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra reati bħal dawn, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 (COM(2023)0754 – C9-0431/2023 – 2023/0438(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2026/1724)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0754), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 85(1), l-Artikolu 87(2) u l-Artikolu 88(2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0431/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-valutazzjoni baġitarja maħruġa mill-Kumitat għall-Baġits, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2024 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta' Ottubru 2025, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 60, 41 u 58 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A10-0109/2025), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C, C/2024/6024, 23.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6024/oj.
P10_TC1-COD(2023)0438
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-25 ta' Novembru 2025 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 fir-rigward tat-tisħiħ tal-appoġġ tal-Europol u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija, għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u għall-ġlieda kontra reati bħal dawn
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2025/2611.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1724/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)