|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1679 |
22.4.2026 |
P10_TA(2025)0271
Il-ftehim UE-San Marino dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji: Protokoll Emendatorju
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2025 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali (COM(2025)0398 – C10-0201/2025 – 2025/0215(NLE))
(Konsultazzjoni)
(C/2026/1679)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2025)0398), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali (COM(2025)0398), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 115, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C10-0201/2025), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 84 u l-Artikolu 117(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0200/2025), |
|
1. |
Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta’ San Marino. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1679/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)