European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1634

12.3.2026

AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI — KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Filippini

(C/2026/1634)

Fil-qafas tal-kuntest tan-negozjati mal-Filippini għal Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim futur”), li jinkludi kapitolu dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi, l-awtoritajiet tal-Filippini ppreżentaw lista ta’ indikazzjoni ġeografika addizjonali waħda, għal protezzjoni skont il-Ftehim futur. Il-Kummissjoni attwalment qed tikkunsidra jekk din l-indikazzjoni ġeografika msemmija fl-Anness għandhiex tiġi protetta skont il-Ftehim futur bħala indikazzjoni ġeografika skont it-tifsira tal-Artikolu 22(1) tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ.

Il-Kummissjoni tistieden lil kull Stat Membru jew pajjiż terz, jew kull persuna fiżika jew ġuridika b’interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, biex tressaq oppożizzjonijiet għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni debitament sostanzjata.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz elettroniku: AGRI-G3@ec.europa.eu.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni se jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li:

(a)

Il-protezzjoni tal-isem propost toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-bhejjem u b’hekk x’aktarx tkun tqarraq bil-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott;

(b)

l-isem propost ikun kompletament jew parzjalment omonimu ma’ dak ta’ isem diġà protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1), jew ma’ waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi minn pajjiżi mhux tal-UE protetti fl-UE skont ftehimiet bilaterali disponibbli għall-pubbliku fl-indirizz li ġej:

https://www.tmdn.org/giview/

(c)

minħabba r-reputazzjoni tat-trademark u l-fama tagħha u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, x’aktarx li l-protezzjoni tal-isem propost tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

(d)

il-protezzjoni tal-isem propost tipperikola l-eżistenza ta’ isem kompletament jew parzjalment identiku jew ta’ trademark jew l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas 5 snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż;

(e)

Mid-dettalji li jagħtu, wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed tiġi kkunsidrata l-protezzjoni huwa ġeneriku.

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom jiġu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji li fihom dawn id-drittijiet huma protetti. Il-possibbiltà li dawn l-ismijiet ikunu protetti fl-Unjoni Ewropea tiddependi minn jekk jintemmewx b’suċċess in-negozjati, kif ukoll mill-ftehim futur.

Lista tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi  (2)

Nru tal-IĠ

L-isem li jrid jiġi protett

Traskrizzjoni bl-alfabett Latin

Deskrizzjoni qasira tal-prodott

1

Alburquerque Asin Tibuok

M/A

Melħ Artiġjanali


(1)   ĠU L 2024/1143, 23.04.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.

(2)  Ismijiet ipprovduti mill-awtoritajiet tal-Filippini fil-qafas tan-negozjati, u rreġistrati fil-Filippini.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1634/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)