European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1619

23.3.2026

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2026 – Szivos vs EUIPO – Szőnyi (Slabs)

(Kawża T-81/26)

(C/2026/1619)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gyula Szivos (Kunhegyes, l-Ungerija) (rappreżentant: K. Szamosi u Á. György, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nándor Szőnyi (Komárno, is-Slovakkja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: EU design Slabs – EU design Nru 8 037 261-0004

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2025 fil-Każ R 1482/2024–3

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikoli 7(2) u 62 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1619/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)