|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1586 |
23.3.2026 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fis-17 ta’ Diċembru 2025 – Ligue des droits humains ASBL vs Premier ministre
(Kawża C-846/25, Ligue des droits humains)
(C/2026/1586)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ligue des droits humains ASBL
Konvenut: Premier ministre
Domanda preliminari
Billi jiddefinixxi r-riskju għas-sigurtà bħala “riskju ta’ theddida għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà interna jew għar-relazzjonijiet internazzjonali għal kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri”, il-punt 6 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (1) jikser l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (2), sa fejn l-iskop li huwa jipprevedi għall-ipproċessar tad-data personali tas-suġġetti tad-data kkonċernati ma huwiex iddeterminat b’mod suffiċjentement preċiż?
(1) ĠU 2018, L 236, p. 1, rettifika fil-ĠU 2020, L 193, p. 16.
(2) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1586/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)