European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1564

23.3.2026

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ Jannar 2026 – Deutsche Bank AG, BHW Bausparkasse AG vs BĊE

(Kawża C-556/24 P)  (1)

(Appell - Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu - Mekkaniżmu superviżorju uniku - Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Kompiti speċifiċi ta’ sorveljanza fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) - Artikolu 4 - Iffissar tar-rekwiżiti prudenzjali - Artikolu 16 - Riskju marbut mal-impenji ta’ pagamenti irrevokabbli (IPI) sottoskritti favur skemi ta’ garanzija tad-depożiti u tal-fondi ta’ riżoluzzjoni - Tnaqqis sħiħ tal-ammonti mħallsa bħala garanzija tal-IPI tal-ekwità komuni tal-kategorija 1 - Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE - Stħarriġ ġudizzjarju)

(C/2026/1564)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Deutsche Bank AG, BHW Bausparkasse AG (irrappreżentati minn: H. Berger, D. Schoo u M. Weber, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: norisbank GmbH (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati), Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentant: F. Bonnard, K. Lackhoff u M. Prokop, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Deutsche Bank AG u BHW Bausparkasse AG huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll għal dawk imġarrba mill-Bank Ċentrali Ewropew


(1)  GU C, C/2024/5617.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1564/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)