European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1500

9.4.2026

P10_TA(2025)0182

Ftehim Interim ta’ Sħubija KE-Stati tal-Paċifiku: l-adeżjoni ta’ Vanuatu

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni ta’ Vanuatu mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (07847/2025 – C10-0085/2025 – 2025/0055(NLE))

(Approvazzjoni)

(C/2026/1500)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (07847/2025),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C10-0085/2025),

wara li kkunsidra l-Artikolu 107(1) u (4), u l-Artikolu 117(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A10-0141/2025),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni ta’ Vanuatu mal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta’ Vanuatu.


(1)   ĠU L 272, 16.10.2009, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2009/729/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1500/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)