|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1350 |
16.3.2026 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2025 – PG et vs SEAE
(Kawża T-909/25)
(C/2026/1350)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: PG, PH u PI (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ tkeċċija ta’ PG, adottata fil-15 ta’ April 2025 u nnotifikata fl-istess jum; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-appell ippreżentata minn PG, innotifikata fl-20 ta’ Ottubru 2025; |
|
— |
tikkundanna (in solidum) lis-SEAE jikkumpensa lil PG, PH u PI fl-ammont totali ta’ EUR 945 930,77 għad-danni li jirriżultaw mid-diversi illegalitajiet u nuqqasijiet imwettqa mis-SEAE, imqassma kif ġej:
|
|
— |
tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jqajmu diversi argumenti insostenn tar-rikors tagħhom.
Ir-rikorrenti jqajmu l-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea. Huma jsostnu f’dan ir-rigward li s-SEAE wettaq nuqqasijiet serji fil-ġestjoni ta’ senjalazzjoni ta’ irregolaritajiet, fil-ġestjoni ta’ kuntest ta’ fastidju u ta’ ritaljazzjoni mwettqa fit-territorju ta’ Stat terz, u fis-superviżjoni ta’ avvenimenti li finalment wasslu għat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal lokali f’delegazzjoni tal-Unjoni f’pajjiż terz.
Ir-rikorrent PG jesponi li, wara l-iskoperta u s-senjalazzjoni (li għaliha ġie rrikonoxxut informatur) tal-allegati irregolaritajiet relatati mal-użu ta’ fondi pubbliċi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu ddeterjoraw (bl-esklużjoni, l-iżolament, l-ostakoli amministrattivi, l-intimidazzjoni), u wara li ġiet organizzata sospensjoni f’kundizzjonijiet ikkontestati. Ir-rikorrent PG sussegwentement tkeċċa.
Ir-rikorrent iqis li membri tal-persunal tad-Delegazzjoni ressqu lmenti kriminali u kkontribwixxew għal proċeduri nazzjonali kontrih, peress li dawn wasslu b’mod partikolari għal ċaħda fit-tul tal-libertà.
Ir-rikorrent jikkritika lis-SEAE li ma ħax, fi żmien xieraq, il-miżuri ta’ protezzjoni u ta’ kontroll neċessarji sabiex tiġi prekluża l-istrumentalizzazzjoni tas-sitwazzjoni fi ħdan l-awtoritajiet nazzjonali u sabiex jiġu limitati d-danni, b’mod partikolari permezz tat-teħid lura ta’ kull setgħa ta’ awtorità fil-konfront tar-rikorrent u t-tneħħija ta’ tali setgħa minn tal-inqas mill-persuni kkonċernati mis-senjalazzjoni.
Ir-rikorrent jinvoka sussegwentement il-ksur tad-dmir ta’ premura u ta’ assistenza, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (diliġenza, imparzjalità, istruzzjoni sħiħa), kif ukoll tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tal-informaturi u mill-projbizzjoni ta’ ritaljazzjoni. Huwa jsostni li s-SEAE ma jistax iwarrab l-obbligi tiegħu tad-dritt tal-Unjoni billi jneħħi ruħu wara d-dritt lokali, u lanqas jinnewtralizza l-istandards Ewropej ta’ protezzjoni billi jikklassifika s-sitwazzjoni bħala sempliċi kunflitt intern.
Barra minn hekk, huwa jikkontesta l-motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija, li huwa jqis li hija kontradittorja, ivvizzjata bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u bbażata fuq elementi li huwa ma setax isir jaf bihom u lanqas ma seta’ jippreżenta b’mod utli l-osservazzjonijiet tiegħu.
Ir-rikorrent PG finalment jinvoka ksur ta’ kunfidenzjalità u irregolaritajiet fil-ġestjoni tal-fajl tiegħu (żamma ta’ dokumenti, komunikazzjonijiet esterni mhux ikkontrollati, żvelar u użu illegali ta’ data), li aggrava l-ksur tar-reputazzjoni tiegħu u tad-drittijiet tiegħu.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1350/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)