|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1345 |
16.3.2026 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2026 – Puma vs EUIPO – Ningbo Gongfang Commercial Management (Rappreżentazzjoni ta’ strixxa mgħawġa u ta’ trijangolu irregolari f’rettangolu iswed)
(Kawża T-43/25) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta strixxa mgħawġa u trijangolu irregolari f’rettangolu iswed - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni li jirrappreżentaw strixxa bajda waħda jew iktar mgħawġa u li jmorru lejn il-lemin - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ riskju ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
(C/2026/1345)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea D. Gája u V. Ruzek, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Ningbo Gongfang Commercial Management Co. Ltd (Ningbo, iċ-Ċina)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Novembru 2024 (Każ R 275/2024-4).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Puma SE għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1345/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)