European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1339

16.3.2026

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-10 ta’ Diċembru 2025 – DO BV vs Minister van Landbouw, Visserij, Voedselzekerheid en Natuur

(Kawża C-800/25, Minister van Landbouw, Visserij, Voedselzekerheid en Natuur)

(C/2026/1339)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DO BV

Konvenut: Minister van Landbouw, Visserij, Voedselzekerheid en Natuur

Domanda preliminari

Il-prodotti tal-ħalib intiżi sabiex jintużaw bħala materja prima għall-għalf tal-annimali u li fihom ġew ikkonstatati residwi ta’ kloramfenikol għandhom jitqiesu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fil-qasam tas-sigurtà tal-għalf fis-sens tal-Artikolu 20(1) u/jew (3) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (1)? Fuq il-bażi ta’ liema dispożizzjoni(ijiet) għandhom għalhekk jitqiesu li ma jissodisfawx dawn ir-rekwiżiti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, rettifiki fil-ĠU 2014, L 327, p. 9 u fil-ĠU 2016, L 227, p. 5.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1339/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)