|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1317 |
16.3.2026 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2026 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Ondernemingsrechtbank Gent, afdeling Oostende – il-Belġju) – Vlaams Gewest vs P&O North Sea Ferries Limited, P&O Ferries Limited
(Kawża C-413/24 (1) , Vlaams Gewest)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament Nru 4055/86 - Applikazzjoni tal-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn Stati Membri u pajjiż terz - Artikolu 56 TFUE - Artikolu 191 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-ħlas ta’ tariffa għall-użu obbligatorju tas-servizzi ta’ sistema ta’ assistenza għat-traffiku marittimu, skont it-tul tal-vapur ikkonċernat (“Verkeersbegeleidingssysteem (VBS)”) - Leġiżlazzjoni li tapplika għat-traffiku marittimu b’destinazzjoni l-portijiet tal-Vlaams Gewest [Reġjun Fjamming (il-Belġju)] integrati f’din is-sistema ta’ assistenza u li joriġinaw minn port ta’ Stat Membru ieħor li ma huwiex ir-Renju tal-Belġju, iżda li ma tapplikax għat-traffiku bejn dawn il-portijiet Fjammingi - Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Brexit))
(C/2026/1317)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Ondernemingsrechtbank Gent, afdeling Oostende
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vlaams Gewest
Konvenuti: P&O North Sea Ferries Limited, P&O Ferries Limited
fil-preżenza ta’: P&O North Sea Ferries Limited
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, moqri flimkien mal-Artikolu 56 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li: jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-traffiku marittimu lejn portijiet speċifiċi ta’ Stat Membru u li joriġina minn portijiet li jinsabu fi Stati Membri oħra jagħti lok għall-ħlas, għall-użu obbligatorju tas-servizzi ta’ sistema ta’ assistenza għat-traffiku marittimu, ta’ tariffa li hija kkalkolata biss skont it-tul tal-vapur bl-esklużjoni ta’ kull fattur ieħor, u li t-traffiku marittimu bejn dawn il-portijiet speċifiċi huwa eżentat minnha, sakemm ma teżistix korrelazzjoni effettiva bejn l-ispiża tas-servizzi pprovduti u l-ammont ta’ din it-tariffa. |
|
2) |
L-Artikolu 191 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, moqri flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu u l-Artikolu 127 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, għandu jiġi interpretat fis-sens li: wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea, il-fornituri ta’ servizzi ta’ trasport marittimu stabbiliti fir-Renju Unit ma jistgħux iktar jinvokaw l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni quddiem il-qrati nazzjonali tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 4055/86, moqri flimkien mal-Artikolu 56 TFUE, fir-rigward ta’ fatti jew ta’ sitwazzjonijiet legali li seħħew wara l-31 ta’ Diċembru 2020. |
(1) ĠU C C/2024/5307.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1317/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)