|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1308 |
2.3.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/455 dwar miżuri restrittivi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu, li tħassar l-Artikoli 2, 3 u 3a tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1577 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/421, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/456 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bl-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1578 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/420
(C/2026/1308)
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet imsemmija hawn fuq inklużi fil-lista fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/455 (1) u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/456 (2) tas-26 ta’ Frar 2026 għall-informazzjoni li ġejja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet koperti bil-miżuri fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/455, u fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (3) tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista.
Ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif inklużi fil-lista fl-Anness tar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi, skont l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament.
Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni jew iż-żamma tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom). Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Attn: COMET designations)
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Brussels |
|
BELGIUM |
Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u jinżammu fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (4). Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, għandhom jiġu ppreżentati sal-20 ta' Marzu 2026.
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deżinjazzjoni tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L, 2026/455, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/455/oj.
(2) ĠU L, 2026/456, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/456/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1308/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)