European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1273

26.2.2026

Sejħiet apposta għall-proposti fl-2026 fil-qafas tal-Programm ta’ Ħidma 2026 tal-Programm tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (2021-2027)

(C/2026/1273)

B’dan qed jingħata avviż dwar it-tnedija ta’ żewġ sejħiet apposta għall-proposti (jiġifieri, sejħa Big Tickets għall-faħam u sejħa Big Tickets għall-azzar) u attivitajiet relatati fl-2026 fil-qafas tal-Programm ta’ Ħidma 2026 tal-Programm tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (2021-2027).

Il-Kummissjoni adottat il-Programm ta’ Ħidma tal-RFCS għall-2026 bid-Deċiżjoni C(2026)757 tal-11 ta’ Frar 2026.

Qed jintalbu proposti għal dawn is-sejħiet. L-iskadenza hi s-6 ta’ Mejju 2026. Il-Programm ta’ Ħidma tal-RFCS għall-2026 relatat mas-sejħiet Big Tickets, li jinkludi l-objettivi, l-iskadenzi u l-baġits, huwa disponibbli fis-sit web għall-opportunitajiet ta’ offerti u finanzjament flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u l-attivitajiet relatati, u l-informazzjoni għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1273/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)