European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1228

9.3.2026

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2025 – Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża T-908/25)

(C/2026/1228)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario) (rappreżentant: A. Robert, avukata)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2022 (1) tat-2 ta’ Ottubru 2025;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tnax-il motiv li huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-907/25, Front Polisario vs Il-Kunsill.


(1)  Deċiżjoni (UE) 2025/2022 tat-2 ta’ Ottubru 2025 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emendar tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (JO L, 2025/2022).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1228/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)