|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1190 |
9.3.2026 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud (ir-Repubblika Ċeka) fid-9 ta’ Diċembru 2025 – MV-expo, s.r.o. vs IMMIX spol. s r. o.
(Kawża C-798/25, MV-expo)
(C/2026/1190)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent (konvenut fl-ewwel istanza): MV-expo, s r.o.
Konvenut (rikorrent fl-ewwel istanza): IMMIX spol. s r. o.
Domandi preliminari
|
1) |
L-indikazzjoni, fi tmiem messaġġ elettroniku li l-kontenut tiegħu jikkostitwixxi att legali ta’ rikonoxximent ta’ dejn, tal-isem tal-awtur ta’ dan l-att, tissodisfa r-rekwiżiti tal-firma elettronika stabbiliti fil-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-Artikolu 25 jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan ir-regolament jeżiġi li jiġi rrikonoxxut lil tali firma elettronika effett legali ekwivalenti għal dak ta’ firma bl-idejn għall-atti rregolati mid-dritt privat u, jekk dan ikun il-każ, dan l-effett jista’ jiġi rrikonoxxut biss taħt ċerti kundizzjonijiet? |
|
3) |
Jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jeżiġux li jiġi rrikonoxxut lil firma elettronika effett legali ekwivalenti għal dak ta’ firma bl-idejn, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħtiha tali effett? |
(1) ĠU 2014, L 257, p. 73, rettifika fil-ĠU L, 2026/90058.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1190/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)