|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1187 |
9.3.2026 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal judiciaire de Guéret (Franza) fil-25 ta’ Novembru 2025 – CNP Caution SA vs HU, konjuġi VM, VM
(Kawża C-760/25, CNP Caution)
(C/2026/1187)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judiciaire de Guéret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: CNP Caution SA
Konvenut: HU, konjuġi VM, VM
Domanda preliminari
Meta l-kuntratt ta’ self jinkludi klawżola inġusta, sa fejn tawtorizza lill-mutwant jinvoka l-iskadenza tat-terminu mingħajr ma jagħti lill-mutwatarju terminu raġonevoli sabiex jirregolarizza s-sitwazzjoni tiegħu, u meta l-garanti professjonali tkun ħallset id-dejn tad-debitur prinċipali minkejja l-assenza ta’ eżiġibbiltà ta’ dan id-dejn minħabba l-irregolarità tal-iskadenza tat-terminu (għaliex deċiża skont klawżola inġusta), il-ġurisprudenza nazzjonali li tirrendi din l-assenza ta’ eżiġibbiltà fil-konfront tal-garanti professjonali mhux infurzabbli, meta huwa jippreżenta r-rikors personali tiegħu hija konformi mad-dritt tal-Unjoni?
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1187/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)